Left arrow Go Back

JIĠI FI TMIEMU IL-PROGRAMM TAL-KMS, SKOLASPORT

pr141235
Date Icon 02/06/2014

Il-Ġimgħa li għaddiet wasal fi tmiemu il-programm Skolasport b’manifestazzjoni fil-Kumpless tal-Kottonera.  Skolasport huwa programm tal-Kunsill Malti għall-isport illi ilu li beda minn Ottubru li għadda u hu mifrux fi tminn lokalitajiet differenti; Ħal Kirkop, il-Mosta, Pembroke, tal-Qroqq, il-Kottonera, il-Ħandaq, il-Marsa u s-Siġġiewi. 

Waqt il-manifestazzjoni kull ċentru tella’ esebizzjoni ta’ żfin jew ġinnastika minn tfal li uħud minnhom kellhom biss 4 snin.  Għadd ta’ ġenituri wkoll ipparteċipaw matul il-kors kif ukoll fis-serata finali.

Mark Cutajar, ir-rapreżentant tal-Kunsill Malti għall-isport, kellu kliem ta’ tifħir għall-kowċis u rringrazzjahom għax-xogħol li għamlu.  Huwa qal li għal ħdax-il edizzjoni tal-programm Summer on the Move diġa applikaw iktar minn elf u ħames mitt persuna.  Summer on the move huwa programm li fih jista’ jieħu sehem kulħadd sa mill-età ta’ erba’ snin ’il fuq.  Cutajar qal li ser jkun hemm mitejn u ħamsin kowċ speċjalizzat li se jieħdu ħsieb li jagħtu l-attenzjoni meħtieġa lil kull parteċipant biex jitħarrġu u jgħixu ħajja aktar sana.  Waqt l-indirizz tiegħu Cutajar semma ‘Colours’ li huwa xow taż-żfin mill-parteċipanti ta’ Skolasport u li ser jittella fi tmiem il-ġimgħa ddieħla.

Iċ-Ċermen għall-kunsill Malti għall-isport, Luciano Busuttil wera l-apprezzament tiegħu għas-sagriffiċju ta’ kulħadd biex ta’ kull sena aktar ġenituri jinvestu fl-isport għall-uliedhom .

Is-Segretarju Parlamentari għall-isport, Chris Aġius saħaq li l-programm Skolasport għandu jitqies bħala lok fejn it-tfal jikbru u jitgħallmu u mhux lok fejn il-ġenituri jeħilsu mit-tfal għal ftit sigħat.  Saħansitra ħeġġeġ lill-ġenituri biex jieħdu l-opportunita’ u jattendu għal sessjonijiet  li jsiru fl-istess ħin u huma mmirati għall-ġenituri.

Intant, waqt l-istess serata kien ippreżentat il-premju “Anabelle Vassallo” għall-aktar kowċ dedikat lill-kowċ, Roxanne Bartolo.   Chris Cachia, Sales Manager fil-kumpanija Charles Darmanin Co. Ltd, li permezz ta’ Kellogs huma l-isponsors ewlenin, preżenta għotja finanzjarja liċ-ċermen tal-KMS Luciano Busuttil u tlett rigali lit-tfal preżenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow