Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA FLIMKIEN MAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, L-INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT JINDIRIZZAW ATTIVITÀ TA’ SPECIAL OLYMPICS

pr141229
Date Icon 31/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius illum żaru u pparteċipaw f’forum li kien organizzat minn Special Olympics Malta fil-Belt Valletta. Dan il-forum kien biss wiehed mill-bosta attivitajiet organizzati minn Special Olympics biex iqajmu kuxjenza u jagħtu informazzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fl-indirizz tagħha tkellmet fuq l-importanza li l-persuni b’Diżabilità jkunu attivi speċjalment meta jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ sport. Faħħret lil Special Olympics tal-impenn tagħhom matul is-sena u ta’ kemm jorganizzaw attivitajiet biex jgawdu l-Persuni b’Diżabilità. Saħqet li hemm bżonn ta’ aktar promozzjoni biex in-nies isiru aktar konxji tal-abbiltajiet varji u differenti ta’ dawn il-Persuni b’Diżabilità. Is-Segretarju Parlamentari inkoraġġiet lil kull min jieħu sehem f’dawn l-attivitajiet, anke barra minn Malta, u faħħret lil dawk kollha li diġà rebħu premjijiet f’dawn l-attivitajiet.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li l-ġurnata ta’ qabel, flimkien ma’ Justyne Caruana, kienu mistiedna fil-bini tal-Kummissjoni Nazzjonali għal-Persuni b’Diżabilità fejn iddiskutew ix-xogħol li jrid isir biex l-isport fost il-Persuni b’Diżabilità jikber aktar f’Malta. Huwa qal li l-isport huwa importanti biex kulħadd iżżomm ruħu f’saħħtu u mhux inqas l-persuni b’dizabilità. Iddikjara li se jkun qiegħed iħares ’il quddiem għall-ħidma biex jiġu organiżżati attivitajiet ta’ Sport għall-Persuni b’Diżabilità.

Iż-żewġ Segretarji Parlamentari tennew l-appoġġ tagħhom u se jkunu qegħdin iħarsu ’l quddiem għall-ħidma biex jiġu organizzati attivitajiet ta’ Sport għall-Persuni b’Diżabilità, bil-ħidma tal-kumitat organizzattiv konġunt bejn iż-żewg segretarjati

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow