DISKORS MILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS WAQT IT-TNEDIJA TAS-SEBA' EDIZZJONI TAL-LEONE GOES POP
Huwa bi pjaċir li lqajt l-istedina tas-Socjeta Filarmonika Leone għat-tnedija tal-Kunċert Leone Goes Pop li ser jittella għas-seba’ darba din is-sena, u li matulu n-nies sa jgawdu serata ta' mużika pop, rock u swing.
Il-Banda Leone kompliet tibni dan is-suċċess sena wara oħra. Tant hu hekk li l-Leone Goes Pop sar kunċert sinonimu ma’ Ghawdex fil-bidu tas-Sajf. Dan il-kunċert isir f'kollaborazzjoni mall-kunsill tal-Belt Vittorja, propju fil-jiem fejn jiġi mfakkar it-twaqqif tal-istess belt.
Wieħed żgur li irid irodd ħajr u japprezza l-isforzi tas-soċjeta mużikali Filarmonika Leone li matul is-sena jirregalaw lill-publiku Malti u Għawdxi, kif ukoll lit-turisti li jiġu jżuru l-gżejjer tagħna, kunċerti u attivitajiet bħal dawn. Fi ħdan dawn is-soċjetajiet hemm mhux biss minjiera ta' talent mużikali iżda ukoll numru kbir ta’ nies dedikati u li b'mod volontarju jaħdmu sabiex jitwettqu dawn l-attivitajiet. L-aspett ta’ volontarjat hu kruċjali f' sezzjonijiet u għaqdiet bħal dawn sabiex jiġi garantit il-ħajja tal-kultura mużikali f'pajjiżna, kultura li għaliha Malta hi magħrufa anke ‘l barra minn xtutna. Hu ferm pożittiv kif dawn l-għaqdiet jesperimentaw modi ġodda u kontemporanji fil-mużika, filwaqt li jinżamm l-element tradizzjonali.
Il-Gvern u l-entitajiet tiegħu għandhom dejjem jkunu kommessi sabiex jgħinu u jipromwovu l-għaqdiet muzikali. Kollaborazjonijiet bħal dawn, anke mall-kunsill lokali rispettivi huma tassew rakkomandabli.
Nawguralkom iktar suċċess għal kunċert tas-seba ta Ġunju u għall-ħidma tagħkom.
Għal din l-attivita' kien prezenti l-Ministru għal Ghawdex Anton Refalo, iċ-Ċermen u l-Kap ezekuttiv tal-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu, Dr. Gavin Gulia u s-Sur Josef Formosa Gauci, rispettivament.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041