Left arrow Go Back

AKTAR GĦAJNUNA GĦAN-NEGOZJI ŻGĦAR U MEDJI - KUMPANIJA OĦRA TIBBENEFIKA MILL-PROGRAMM TA’ FONDI JEREMIE

pr141060
Date Icon 15/05/2014

Matul żjara li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu fil-bini tal-Kumpanija AppleCore Foods, tħabbar kif din il-kumpanija kompliet tikber, fost oħrajn, permezz tal-faċilitajiet li joffri l-programm Jeremie għall-Intrapriżi Żgħar u Medji. Dan il-programm tneda mill-ġdid f’Awwissu li għadda, wara s-suċċess li kien diġà kiseb, u l-fondi li ġew allokati, intużaw kollha mis-settur privat.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi tal-Unjoni Ewropea, Ian Borg, spjega kif il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qiegħda tikkonkludi mal-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB) it-taħdidiet fuq dak li bħalissa qed jissejjaħ l-SME Initiative.  Malta kienet fost l-ewwel tliet pajjiżi li kkommettew ruħhom li jallokaw fondi strutturali għal din l-inizjattiva. Il-Gvern se jkun qed jinvesti €15-il miljun għall-perjodu 2014-2020 li permezz tal-istrument finanzjarju, se jkunu qed jissarrfu f’€90 miljun għall-SMEs Maltin ladarba jiġu konklużi t-taħdidiet fuq livell Ewropew.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, Josè Herrera nnota kif il-kumpanija bħalissa tħarreġ studenti u apprendisti u rrefera għall-iskema li tnediet ġimgħa ilu, li permezz tagħha, kumpanija fis-settur privat, tkun tista’ timpjega studenti magħha għal 30 siegħa fil-ġimgħa u l-kumpanija toħroġ nofs is-salarju tagħhom. Huwa ħeġġeġ lis-settur privat biex jagħmel użu minn din l-iskema sabiex ikollna aktar ħaddiema bil-kwalifiki meħtieġa f’dan is-settur.

Il-Prim Ministru kkonkluda billi qal li l-Gvern se jkompli bl-isforzi tiegħu sabiex jibqa’ jiżdied it-tkabbir ekonomiku bħalma żdied matul l-ewwel sena tiegħu.  Semma kif mhux dejjem jinstab kreditu biżżejjed fis-suq u għaldaqstant qed jitkomplew diskussjonijiet sabiex jitwaqqaf Bank ta’ Żvilupp (Development Bank) li jkun jista’ jaħdem mal-EIB u istituzzjonijiet oħra simili, biex jipprovdi faċilitajiet lill-banek sabiex jassistu lin-negozji.

Dan huwa mod ieħor kif il-Gvern se jkun qed ikabbar l-ekonomija kif ukoll ix-xogħol. Is-sena l-oħra, Malta kellha l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-Unjoni Ewropea fil-qasam tax-xogħol, fejn għal kull persuna li tirreġistra, inħolqu 9 postijiet ġodda. Huwa għalhekk li l-Gvern irid ikompli jgħin lin-negozji sabiex ikomplu jinħolqu iktar opportunitajiet ta’ negozju u xogħol.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow