Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA LEO BRINCAT JILTAQA’ MAL-UNJIN PROFESSJONISTI AWTORITÀ TAL-AMBJENT U L-IPPJANAR (UPAP) DWAR IL-ĠEJJIENI TAL-ERA (ENVIRONMENT AND RESOURCES AUTHORITY)

pr141059
Date Icon 15/05/2014

Il-Ministru Leo Brincat illum kellu laqgħa mal-Unjin Professjonisti Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (UPAP) fl-uffiċċju tal-Ministeru tiegħu dwar il-ġejjieni tal-Awtorità Maltija tal-Ambjent u r-Riżorsi li mistennija titwaqqaf mill-Gvern.

F’din il-laqgħa attendew ukoll membri tat-tim tekniku maħtur mill-Ministeru biex jiffaċilita l-proċess tal-bidla b'mod li jħares il-ħtiġijiet u l-obbligi tal-Awtorità l-ġdida kif ukoll l-interessi tal-ħaddiema.

Fil-laqgħa, il-Ministru Brincat radd ħajr lill-Unjin talli wieġbet pożittivament għas-sejħa tiegħu ta’ Settembru li għadda biex iressqu s-suġġerimenti tagħhom u impenja ruħu li ser ikun qed jara li l-Gvern bħala Gvern jagħtihom kunsiderazzjoni xierqa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow