Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr141056mt
Date Icon 15/05/2014

Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet - 2014

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil votanti li ser ikunu msiefra jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni (fl-24/05/2014) u jixtiequ jivvotaw ġimgħa qabel (is-Sibt 17/05/2014) fin-Naxxar, illi għada huwa l-aħħar nofstanhar li fih jistgħu personalment japplikaw għand il-Kummissjoni Elettorali b’dikjarazzjoni ġuramentata.

Min jixtieq juża din il-faċilità għandu sa nofsinhar ta’ għada l-Ġimgħa, 16 ta’ Mejju, 2014, biex jattendi l-Uffiċċju Elettorali fil-Belt Valletta jew fir-Rabat, Għawdex.  Importanti li min japplika jieħu l-Karta tal-Identita’ jew id-Dokument tar-Residenza miegħu u li fil-jum tal-votazzjoni antiċipata (is-Sibt, 17/05/2014) ikun fil-pussess tad-dokument tal-vot, għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow