Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI, STEFAN BUONTEMPO INDIRIZZA L-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI TAL-ANSEK

pr141048
Date Icon 14/05/2014

Stefan Buontempo, Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, indirizza l-Laqgħa Ġeneral Annwali tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali u Reġjuni (ANSEK).

Matul din il-laqgħa, kien hemm diskussjoni miftuħa bejn is-Segretarji Eżekuttivi u uffiċjali tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali bil-għan li ż-żewġ partijiet jifhmu aktar id-diffikultajiet ta’ xulxin u jtejbu r-relazzjonijiet ta’ bejniethom.

ANSEK ħabbret ukoll inizjattivi li se tieħu fil-futur qrib biex torganizza taħriġ intensiv għas-Segretarji Eżekuttivi biex il-Kunsilli Lokali jitmexxew b’mod aktar professjonali. 

Waqt l-indirizz tiegħu Stefan Buontempo qal li kellu laqgħa importanti ħafna mal-Awditur Ġenerali u jinsab inkwetat ħafna bir-rapport xejn sabieħ fuq in-nuqqassijiet li qegħdin isiru f’xi Kunsilli Lokali. Is-Segretarjat għall-Gvern Lokali ser jipprova jgħin lill-Kunsilli Lokali iżda ser ikun ukoll qiegħed jieħu id-deċiżjonijiet meħtieġa sabiex dawn in-nuqqasijiet ma jirrepetux ruħhom. Il-poplu jrid Kunsilli Lokali li jkunu eqreb lejn in-negozji  u l-familji u s-Segretarjat ser jara li dan il-mandat ta’ governanza tajba tiġi rispettata.

Stefan Buontempo stqarr li s-Segretarji Eżekuttivi huma l-kapijiet amministrattivi tal-Kunsilli Lokali u għandhom rwol importanti fil-ħidma tal-Kunsill iżda filwaqt li hemm uħud li huma dedikati f’xogħlhom, hemm oħrajn li għadhom ma fehmux ir-responsabbiltà li daħlu għaliha.  Sabiex tiġi indirizzata din il-problema, is-Segretarjat għall-Gvern Lokali qed iħejji pjan serju ta’ taħriġ mandatorju lis-Segretarji Eżekuttivi kollha.

Fl-aħħarnett, Stefan Buontempo rringrazzja lill-President u l-Membri tal-ANSEK u lis-Segretarji Eżekuttivi li kienu dejjem ta’ eżempju. Lis-Segretarji Eżekuttivi il-ġodda appellalhom sabiex ma jaqtgħux qalbhom u jaħdmu bis-serjetà biex jieħdu l-esperjenza li għandhom bżonn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow