Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr141043mt
Date Icon 14/05/2014

Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet - 2014

Votazzjoni għal dawk li ser ikunu msifrin f’jum il-votazzjoni -24 ta’ Mejju 2014

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil dawk il-votanti li ser ikunu msiefra f’jum il-votazzjoni nhar is-Sibt, l-24 ta’ Mejju, u li jixtiequ jivvotaw is-Sibt, 17 ta’ Mejju, 2014, fin-Naxxar, illi baqagħlhom sa nofsinhar tal-Ġimgħa, is-16 ta’ Mejju, 2014, biex jagħmlu dikjarazzjoni ġuramentata/solenni quddiem Kummissjonarju Elettorali li se jkunu msifrin fl-24 ta’ Mejju, 2014.  Din id-dikjarazzjoni bil-ġurament/solenni għandha ssir fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, Valletta, jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’,  Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, skont il-ħinijiet murija hawn taħt:

mit-Tnejn, 12 sal-Ħamis, 15 ta’ Mejju:       mit-8.00 am sas-2.00 pm u

                                                                   mit-3.00 pm sas-7.00 pm 

il-Ġimgha, is-16 ta’ Mejju

                 (l-aħħar nofstanhar):                  mit-8.00 am sa nofsinhar

Importanti li l-persuna tieħu l-Karta tal-Identita’ jew tar-Residenza tagħha meta tmur tagħmel id-dikjarazzjoni bil-ġurament/solenni u li, fid-data tal-votazzjoni antiċipata (17/05/2014) tkun fil-pussess tad-dokument għall-votazzjoni tagħha, għax mingħajru, ħadd ma jitħalla jivvota.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow