Left arrow Go Back

JERĠA JIĠI APPUNTAT IL-KUMITAT AZZJONI LEJN SOĊJETA ĠUSTA

pr141040
Date Icon 13/05/2014

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva illum apponta il-Kumitat Azzjoni lejn Soċjeta Ġusta. L-iskop ta’ dan il-Kumitat mhux amministrattiv huwa biex il-Persuni b’Diżabilità u qrabathom ikollhom rappreżentanza u vuċi mal-Gvern, speċjalment mas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.

Dan il-Kumitat ser ikun qiegħed:

·         Jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma Persuni b’Diżabilità, qrabathom, u il-Komunità

·         Jipproponi ideat biex jissalvagwardja id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u l-familji tagħhom                        

·         Jaġġornaw is-Segretarju Parlamentari bl-aktar bidliet u sfidi riċenti fis-settur

·         Jipproponi ideat kif is-soċjetà tistà tkun inklussiva

·         Jaqsam informazzjoni relatata mas-Settur tad-Diżabilità

·         Jipproponi u jiddiskuti ideat ġodda li jistgħu jiġu mplimentati

Dan l-Kumitat ġie appuntat mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, u jikkonsisti f’ 22 membru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow