AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet - 2014
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf li, fejn ser issir il-votazzjoni bikrija f’San Vincenz de Paule (17/05/2014), l-isptar Monte Karmeli u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex (22/05/2014) dawk il-qraba tal-votanti li applikaw għal permess speċjali sabiex jidħlu fir-Residenza/Sptar fil-jum tal-votazzjoni relattiva biex jgħinu lill-qraba tagħhom jaslu mill-Ward tagħhom saz-zona tal-votazzjoni, għandhom mil-lum jiġbru l-identification tag tagħhom mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, Valletta. Il-ħinijiet huma mis-2.00 pm sas-7.00 pm.
Fil-jiem rispettivi tal-votazzjoni, f’San Vincenz de Paule, l-isptar Monte Karmeli u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, ikunu jistgħu jidħlu BISS nies awtorizzati u li jkollhom l-identification tag maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali.
Fl-isptarijiet Mater Dei u Karen Grech, fejn ma hemmx residenti reġistrati bħala votanti, l-identification tag mhix meħtieġaOther Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en