Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, L-AVUKAT MICHAEL FALZON, JILTAQA’ MAL-MALTA HOTELS AND RESTAURANTS ASSOCIATION (MHRA)

pr141033
Date Icon 13/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari, l-Avukat Michael Falzon, nhar it-Tnejn, 12 ta’ Mejju, iltaqa’ mal-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA), fl-uffiċċju tiegħu f’Kastilja.

L-MHRA fetħu din il-laqgħa billi rringrazzjaw lis-Segretarju Parlamentari talli għoġbu jiltaqa’ magħhom.  Flimkien mas-Segretarju Parlamentari, huma komplew jaqsmu l-idejat u jiddiskutu t-triq ‘il quddiem, biex jiżdied u jissaħħaħ it-turiżmu fl-istaġun li ġej.

It-turiżmu huwa wieħed mill-muturi tal-ekonomija Maltija, għalhekk ġew diskussi wkoll idejat ta’ kif għandha titnaqqas  il-burokrazija fil-proċeduri li ċertu proġetti jirrikjedu.  Ċertu restrizzjonijiet jistgħu jiġu mħaffa biex jiżdied il-potenzjal tas-settur.  Fi żmien qasir se jiġu identifikati wkoll proġetti li jkunu jistgħu iżidu l-valur miżjud f’Malta, għal kwalita’ tat-turisti u t-tul tal-istaġun.

L-avukat Michael Falzon, ikkonkluda billi tenna l-importanza li din l-amministrazzjoni qegħda u se tkompli tagħti lill-qasam tat-turiżmu, li huwa l-pulmun tal-ekonomija.  Irridu ninvestu biex ikollna turisti aktar, tul is-sena kollha, u mhux biss fis-Sajf.  Is-Segretarju Parlamentari stieden lill-Assoċjazzjoni  biex tkun attiva u jidħlu parteċipi fil-konsultazzjoni pubblika li għaddejja fuq diversi policies maħruga mill-MEPA li jolqtu lil dan is-settur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow