AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI - Elezzjoni għall-Parlament Ewropew - 2014
Dokumenti għall-Votazzjoni Speċjali
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-votanti għall-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew li ntilfilhom jew tqattalhom id-dokument għall-votazzjoni wara li rċevewh, u lil dawk li għalkemm isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali ta’ April, 2014, rivedut bid-deċizjonijiet tal-Uffiċjal Reviżur, ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni minħabba xi raġuni speċjali, inkluz dik li l-Kummissjoni ma kellhiex ir-ritratt tagħhom, li huma jistgħu jidhru personalment quddiem wieħed mill-Kummissjonarji Elettorali sabiex japplikaw għal dokument għall-votazzjoni speċjali. Il-votant irid jippreżenta l-Karta tal-Identità jew id-Dokument tar-Residenza tiegħu. Il-ġranet u l-ħinijiet ser ikunu kif jidher hawn taħt:
Mit-Tnejn sas-Sibt: mit-8.00am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sas-7.00 pm
Il-Ħadd, 18 ta’ Mejju: mit-8.00 am sas-1.00 pm
Nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Mejju (l-aħħar jum): mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm
Dawk il-votanti rreġistrati fit-Tlettax-il distrett elettorali (Għawdex u Kemmuna) jistgħu jattendu fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess ġranet u ħinijiet.
Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni, ħadd ma jkun jista’ jivvota.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en