JUM L-OMM B’DIFFERENZA
Xi ħaġa differenti għall-ommijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Illum għal okkazjoni ta’ dan il-Jum, l-ommijiet ta’ persuni b’diżabilità kellhom jum ta’ mistrieħ u flimkien mat-tfal tagħhom attendew ġurnata fl-MCAST Institute of Community Services. Hawnhekk, l-ommijiet ingħataw servizzi ta’ xagħar u trattamenti ta’ sbuħija waqt li it-tfal tagħhom ingħataw servizzi ta’ child care minn studenti tas-servizzi tal-kommunità stess. It-tfal ta’ dawn l-ommijiet ippreparaw ukoll sorpriża żgħira lill-ommijiethom biex jiċċelebraw dal-Jum, u bħala ringrazzjament ta’ kemm jieħdu ħsiebhom ta’ kuljum.
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana żaret din l-attività. Fiż-żjara tagħha irringrazzjat lill-istudenti u appellatilhom biex ikomplu bl-istudji tagħhom għax huma xogħlijiet siewja ħafna u ta’ importanza kbira għall-kommunità. Hija żaret ukoll l-ommijiet u awguratilhom Jum l-Omm it-tajjeb.
Fil-qasam tal-anzjani, is-Segretarju Parlamentari żaret ir-Residenza Sant’Anna, fis-sezzjoni tan-nisa f’Għawdex fejn awgurat lill-ommijiet u nanniet. L-Anzjani ngħataw ukoll ikel u fjuri mingħand is-Segretarju Parlamentari.
Video link (Jum l-Omm Persuni b’Diżabilità):
https://www.wetransfer.com/downloads/bef6b42132141b3701c26b8b927d935720140509194715/1eb5586c821650d53ad228157777984d20140509194715/678fe7
Video link (Jum l-Omm Anzjani):
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en