Left arrow Go Back

TNEDIJA TAL-ISKEMA “CLEANER AND GREENER GOZO” - INIZJATTIVA TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr141019
Date Icon 10/05/2014

Il-Ministeru għal Għawdex b’kollaborazzjoni tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) bħalissa għaddej bl-iskema – “Cleaner and Greener Gozo”. Din hija skema li qed toffri opportunità lil persuni li huma inattivi u qegħda biex jieħdu esperjenza u jitħajru jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Din tinkoraġġixxi lill-poplu jipproteġi l-istat ambjentali ta’ Għawdex. 

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal kif fl-ewwel ġimgħa ta’ din l-iskema ġew mistiedna u involuti diversi setturi bħal dak edukattiv, privat u l-NGO’s. Taw is-sapport tagħhom ukoll lil “Lets Do It Malta”. Illum ġiet imnedija kampanja edukattiva li wkoll tikkumplimenta l-iskema “Cleaner and Greener Gozo”, sabiex iċ-ċittaddini inġenerali jkunu involuti wkoll f’din l-inizjattiva. Fil-fatt f’dan il-weekend stess il-gżejjer tagħna ngħaqdu ma’ 20 pajjiż ieħor madwar il-Mediterran ilkoll bl-istess għan.  

Bil-koordinazzjoni ta’ “We Are All One”, il-gżira Għawdxija pparteċipat billi sar tindif fir-Ramla l-Ħamra, Xlendi, Marsalforn u Ħondoq r-Rummien fost diversi postijiet oħra. F’dawn il-jumejn Għawdex ingħaqad mal-bqija tal-Mediterran għal għan wieħed, jiġifieri li jitnaddaf l-ambjent ta’ madwarna inkluż qigħ l-baħar bl-għajnuna volontarja ta’ diversi dive centres fosthom Atlantis, Bubbles, Nautica, Scuba King, Calypso, St. Andrew’s Diver School, Moby Dives, Utina Diving Centre. Għaqdiet oħra mhux governattivi Għawdxin u individwi, taw sehemom ukoll u dawn jinkludu l-fabrika Pamargan, ta’ Mena Estate, Grand Hotel, Kempinski u Cartridge World. Ikkollaboraw ukoll mal-Ministru għal Għawdex,  il-“Lets Do it Malta” u l-E.R.R.C. 

Il-Ministru għal Għawdex feraħ u rringrazzja lil diversi volontiera li pparteċipaw fi gruppi, mal-familji tagħhom u mal-ħbieb biex kemm ix-xtut, kif ukoll il-baħar tagħna, jitnaddfu. Il-Ministru ħeġġeġ lil kulħadd jieħu ħsieb l-ambjent ta’ madwaru sabiex Malta, Għawdex u Kemmuna jikkonservaw il-ġmiel naturali tagħhom u li jixraqilhom. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow