Left arrow Go Back

1STQARRIJA MAĦRUĠA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr140981
Date Icon 07/05/2014

B’deċiżjoni tal-Kabinett se tiġi esproprjata l-art li fuqha ħareġ permess viċin Ta’ Ħaġrat

Il-Kabinett tal-Ministri ddeċieda li jesproprja art li fuqha ħareġ permess għall-bini ta’ dar ta’ 2 sulari, ftit metri bogħod mit-tempji megalitiċi Ta’ Ħaġrat fil-limiti tal-Imġarr Malta, liema tempji jgawdu livell ta’ protezzjoni bħala UNESCO World Heritage Site.

L-esproprazzjoni ta’ din l-art qed issir għal skop pubbliku. Il-MEPA qed tintalab ukoll li tikkunsidra b’mod urġenti li tagħmel Ordni ta’ Emerġenza għall-Konservazzjoni.

Dan il-permess għadda mill-Board tal-MEPA u ġie kkonfermat mill-board tal-appell minħabba li kien jirrigwardja art illi kienet taqa’ f’żona ta’ żvilupp.

Din id-deċiżjoni kellha tittieħed biex tagħmel tajjeb għal dak li sar ħażin taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. Dan minħabba li meta sar it-tfassil tal-Pjan Lokali għal Malta u Għawdex fl-2006, din iż-żona madwar it-tempji Ta’ Ħaġrat baqgħet meqjusa bħala żona ta’ żvilupp.

Dan il-Gvern għandu għal qalbu l-wirt kulturali u l-patrimonju nazzjonali u se jibqa’ jieħu deċiżjonijiet f’dan is-sens bl-iktar mod konsistenti favur żvilupp li jkun sostenibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow