Left arrow Go Back

IMFAKKAR IL-JUM DINJI TAL-AŻŻMA

pr140968
Date Icon 06/05/2014

Illum 6 ta’ Mejju, qed infakkru l-Jum Dinji ta’ l-Ażżma. Għal din is-sena, it-tema hija ‘Inti kapaċi tikkontrolla l-ażżma tiegħek’. B’dan infissru illi minkejja lis-servizzi tas-saħħa u s-sapport tat-tabib huma importanti ħafna, iċ-ċavetta għal ħajja aħjar għall-persuna ażżmatika hija f’idejha u f’idejn il-persuni ta’ madwarha.

L-ażżma tolqot madwar 300 miljun persuna madwar id-dinja, kemm tfal u kemm adulti. Infatti, disgħa fil-mija tal-adulti f’Malta kellhom l-ażżma xi darba f’ħajjithom, skont l-aħħar stħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa li sar f’Malta fl-2008. Dan huwa ta’ piż għall-persuna li qegħda tbati, kif ukoll għall-familja tagħha u għall-kumplament tas-soċjetà minħabba l-konsegwenzi fiżiċi, emozzjonali u finanzjarji li ġġib magħha marda kronika bħalma hi l-ażżma. Infatti, peress li terz mit-tfal bl-ażżma jkollhom ħames jew aktar attakki fis-sena, din taffetwalhom fost l-oħrajn l-iskola, u l-attività fiżika li jifilħu jagħmlu.

Minkejja li l-ażżma hija marda kronika, din tista’ tiġi kkontrollata tajjeb ħafna fil-maġġor parti ta’ każijiet. Dan ifisser li nies li jsofru minnha jkunu jistgħu xorta waħda jgħixu ħajja normali billi jittieħdu ċerti passi biex kemm jista’ jkun jitnaqqsu l-fatturi li jistgħu jqanqlu l-ażżma jew permezz ta’ trattament preventiv. Fost dawn il-fatturi wieħed isemmi t-tipjip, ċerti pjanti u annimali, trabijiet, kif ukoll tniġġiż fl-arja li hija sfida f’ambjent urban.

Waqt li wieħed jifhem id-diffikultà sabiex fil-prattika jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha u għalhekk hemm rwol għal dejjem aktar informazzjoni u impenn fit-trattament preventiv. Hemm bżonn ta’ impenn u sapport kemm min-naħa tal-familja, kif ukoll mit-tabib tal-familja u s-soċjetà in ġenerali biex kemm jista’ jkun dawk fostna li huma affettwati jiġu megħjuna jieħdu l-kontroll fuq il-kondizzjoni tagħhom, u jkunu ‘kapaċi jikkontrollaw l-ażżma tagħhom’, li hija proprjament it-tema għall-Jum Dinji ta’ l-Ażżma ta’ din is-sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow