L-ISKEMA A+ GĦALQET ILLUM – IKUN HEMM 24-IL APPLIKANT
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali javżaw li illum ġie magħluq il-perjodu ta’ applikazzjoni għall-Iskema A+. Din hija skema biex nippromwovu u nsostnu l-kunċett ta' accessbiltà fil-komunitajiet tagħna bl-għan aħħari li jkollna pajjiż aċċessibbli kif tirrekjedi l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabiltà.
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva u s-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali jixtiequ jieħdu din l-opportunità biex jirringrazzjaw lil Kunsilli Lokali li applikaw biex jipparteċipaw f’din l-iskema, liema kunsilli huma tal-lokalitajiet li ġejjin:
· Il-Birgu
· Il-Fgura
· Il-Furjana
· Ħal Balzan
· Ħal Għargur
· Ħal Għaxaq
· Ħaż-Żabbar
· Ħaż-Żebbuġ
· L-Imqabba
· Marsaskala
· Il-Mosta
· Il-Mellieħa
· Nadur Għawdex
· Tal-Pietà
· Rabat Għawdex
· Sannat
· San Pawl il-Baħar
· Tas-Sliema
· Is-Swieqi
· Il-Belt Valletta
· Ix-Xagħra, Għawdex
· Ix-Xewkija, Għawdex
· Iż-Żejtun
· Iż-Żebbuġ Għawdex
Il-Kunsilli Lokali issottomettew proġett biex jagħmlu il-lokal tagħhom iżjed Aċċessibli, liema proġett irid jammonta għall iżjed minn 3,000 Ewro. Il-Kunsill rebbieħ ser ikun qiegħed jieħu is-somma ta’ 25,000 Ewro. Il-Kunsill li jiġi it-tieni post jieħu is-somma ta’ 15,000, filwaqt li l-kunsill li jiġi t-tielet post ser jieħu is-somma ta’ 8,000 Ewro, liema fondi ser jiġu maqsuma bejn is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva u s-Segretarjat Parlamentari għal-Kultura u Gvern Lokali.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en