Left arrow Go Back

TNEDIJA TA’ ESPRESSJONI ARTISTIKA BIEX JIĠI MFAKKAR L-10 SNIN ANNIVERSARJU MINN META MALTA DAĦLET FL-UNJONI EWROPEA

pr140904
Date Icon 29/04/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej Ian Borg flimkien ma’ rappreżentanti tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali indirizza konferenza stampa fejn nieda espressjoni artistika ġewwa l-Barrakka ta’ Fuq fil-Belt Valletta biex jiġi mfakkar l-10 snin anniversarju minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.

Din l-espressjoni artistika ġiet imtellgħa mill-artist Malti Pierre Portelli u tifforma parti minn 4 proġetti li qed jiġu mtellgħa biex jiġu mfakkra l-4 anniversarji li qed jiġu ċċelebrati din is-sena. L-għan ta’ dawn il-proġetti huwa li:

·         Jevokaw sens ta’ unità u kburija fin-nazzjon Malti.

·         Jinkoraġġixxu l-apprezzament lejn l-espressjoni artistika kontemporanja.

·         Jittrasformaw il-mod ta’ kif il-poplu jħares lejn l-arti b’mod passiv billi jagħmlu l-esperjenza artistika aktar interattiva.

·         Jinkoraġġixxu kollaborazzjoni aħjar bejn l-arti u xjenza bl-użu tat-teknoloġija.

Is-Segretarju Parlamentari ħa din l-okkażjoni biex ta ġieħ lil missirijietna u l-antenati tagħna li minkejja kollox għaddewlna dan il-pajjiż sabiħ li ngħixu fih illum. Kienu huma li wara dawn il-ġrajjiet li din is-sena qed nikkommemoraw l-anniversarji tagħhom irregalawlna pajjiż li meta tikkomparah ma’ pajjiżi oħra madwar id-dinja tinduna kemm aħna ffortunati fejn id-diviżjonijiet etniċi, soċjali u kulturali huma minimi.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow