POLITIKA NAZZJONALI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ – PERJODU TA’ KONSULTAZZJONI JAGĦLAQ GĦADA
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva qiegħed javża li l-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika fuq il-Politika Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilità se jagħlaq għada.
Is-Segretarjat Parlamentari jixtieq jieħu din l-opportunità biex jirringrazja lil kull min ħa sehem f’din il-konsultazzjoni pubblika partikolarment min ħa sehem fis-seminar konsultattiv ta’ nhar il-Ġimgħa, liema seminar attendew għalih madwar 150 ruħ. Nemmnu li politika effettiva għandha tkun minn nies għan-nies u l-esperjenza ta' nhar il-Ġimgħa wrietna kemm hija kbira l-ħtieġa li l-Gvern jagħti l-opportunità lil min isemma leħnu u fuq kollox kemm il-Gvern għandu jisma’.
Għalhekk, sabiex wieħed jikseb l-aħjar politika possibbli, is-Segretarjat Parlamentari qiegħed jagħmel l-aħħar għajta għall-feedback fuq din il-politika, liema feedback jista’ jintbagħat b’email uffiċjali, disabilitypolicy.mfss@gov.mt.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en