Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr140893
Date Icon 28/04/2014

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca m’attendietx għall-kanonizzazzjoni tal-Papiet il-bieraħ f’Ruma, minħabba impenn importanti li ma setax jiġi pospost.  Fil-fatt, il-bieraħ, il-President tat bidu għal sensiela ta’ laqgħat  importanti dwar l-immigrazzjoni, li qed isiru fil-Palazz ta’ Sant’Anton.  

Il-Presidenza kienet katalista biex tiffaċilità u ġġib flimkien ir-rapprezentanti kollha tal-Gvern u istituzzjonijiet Matin flimkien mal-għaqdiet mhux governattivi u l-Knisja f’Malta, f’laqgħat ma’ istituzzjonijiet internazzjonali, jiġifieri, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tal-Ġnus Magħquda (UNHCR) u l-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni (IOM).

Dawn il-laqgħat għandhom iwasslu għal għarfien aħjar tal-bżonnijiet f’dan il-qasam li għandha Malta, kif ukoll, huwa ttamat li jwasslu għal għajnuna konkreta li jeħtieġ pajjiżna, kemm fi żminijiet normali, kif ukoll fl-eventwalita’ li tqum kriżi umanitarja madwar il-Mediterran.

Sadanittant,  l-Uffiċċju tal-President qed iħejji għal żjara uffiċċjali mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, u li waqt il-laqgħa bejn iż-żewġ Kapijiet tal-Istati, jiġifieri Malta u l-Vatikan, il-kwistjoni tal-immigrazzjoni mistennija li tiġi diskussa. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow