Left arrow Go Back

ID-DOKUMENT AMBJENTALI TA' KONSULTAZZJONI LI ĦAREĠ IL-GVERN JIPPROVDI GĦAL-LIĠI DWAR IL-POLITIKA NAZZJONALI DWAR L-AMBJENT

pr140892
Date Icon 28/04/2014

Meta dalgħodu kien qed jitkellem fil-ftuħ tal-proġett LIFE+Baħar fill-Lukanda Excelsior, il-Ministru Leo Brincat ħabbar li d-dokument ambjentali ta' konsultazzjoni li ħareġ il-Gvern dwar it-twaqqif tal-Awtorità l-ġdida ambjentali jipprovdi għal-liġi dwar il-politika nazzjonali dwar l-ambjent. 

Il-Ministru Brincat wera kif l-Kummissjoni Ewropea kienet ikkummentat b'mod pożittiv dwar id-designation taż-żoni protetti fil-baħar madwar pajjiżna. 

Huwa qal li filwaqt li fis-sena 2007 14.4% taċ-ċittadini biss irriżultaw li kienu konxji dwar l-għarfien tal-bijodiversità f'pajjiżna, l-aħħar figuri juru li dan l-għarfien tela’ għal 28%.

L-istess jgħodd għall-għarfien dwar żoni protetti dwar in-network NATURA 2000.

Malta hija marbuta li tkabbar l-għadd ta' żoni marittimi meqjusa bħala designated marine areas sas-sena 2020.

Huwa qal li dan mhux biss marbut mal-obbligi tagħna fi ħdan l-Unjoni Ewropea, iżda għandu jkun ta' ġid ukoll għall-komunità lokali minħabba s-servizzi ta’ eko-sistemi li jipprovdu.

Il-Ministru Leo Brincat qal li baħar b’saħħtu jwassal għal produzzjoni tal-ikel sostenibbli, diversifikazzjoni tal-opportunitajiet ekonomiċi, ta’ rikreazzjoni u anke ta’ impjiegi fl-oqsma tal-konservazzjoni u l-immaniġjar.

Tenna li sabiex jintlaħaq dan il-għan hemm bżonn li l-istakeholders kollha jkunu involuti mill-bidu nett billi jiġu mistiedna jagħtu sehemhom f'kull pass li jittieħed.

Fl-indirizz tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes qal kull ma jmur hemm bżonn li nipproteġu aktar l-ambjent sostenibbli speċjalment għall-ġenerazzjonijiet futuri. Spjega kif proġetti bħal dawn jgħinu biex ikun hemm tagħlim u spjegazzjoni dwar l-ambjent naturali li ngħixu fih.

Galdes għamel referenza għall-fatt li l-għan tal-proġett hu li siti Ewropej li huma ta’ ċertu importanza jiġu rikonoxxuti, fost is-siti li jaqgħu taħt id-direttiva tal-Habitats hemm Posidonia oceanica, sandbanks, sikek u  għerien li huma parzjalment taħt l-ilma.

Is-Segretarju Parlamentari qal li jinsab kunfidenti li dan il-proġett se jħalli l-frott tiegħu u li dawn se jkunu jistgħu jintużaw biex ikun hemm maniġġjar aħjar tal-ambjent.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, Dr. Michael Falzon, laqa’ bil-ħerqa dan il-proġett, li huwa koordinat mill-MEPA, u ko-finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea.

Huwa sostna li l-għan li jrid jintlaħaq min-naħa tas-Segretarjat tiegħu huwa li jissimplifika l-aspett amministrattiv, jara li ma jkunx hemm burokrazija żejda, u kif ukoll iżid l-effiċjenza fl-entitajiet governattivi. 

Dan il-progett LIFE+Baħar for NATURA 2000 se jgħin ukoll sabiex jiġi mwettaq il-ħarsien neċessarju fuq siti NATURA 2000.

Dr. Michael Falzon wera s-sodisfazzjon li l-proċess sabiex dawn is-siti protetti jiġu identifikati huwa avvanzat.  Filfatt Malta diġà għandha 27 sit identifikati bħala ta’ importanza kbira għall-komunità u 13 oħra bħala siti protetti. 

Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda li s-suċċess ta’ dan il-proġett huwa bbażat fuq il-koperazzjoni u l-parteċipazzjoni bejn l-imsieħba involuti.  Għaldaqstant huwa jinkoraġixxi l-parteċipazzjoni tal-entitajiet kollha u tal-pubbliku in ġenerali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow