Left arrow Go Back

IL-GREEN FEST HUWA MAĦSUB BIEX IQAJJEM KUXJENZA DWAR IT-TĦADDIR TAL-MADWAR U Ż-ŻONI URBANI

pr140890
Date Icon 28/04/2014

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat

Il-GreenFest li fih il-Ministeru tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ambjent qed jagħti sehmu fuq stedina tal-V18, huwa maħsub biex iqajjem kuxjenza akbar u qawwija dwar it-tħaddir tal-madwar u ż-żoni urbani.

Filwaqt li f’dan il-festival ser nlaqqgħu flimkien inizjattivi dwar pjanti, siġar u immaniġġjar tal-iskart, minkejja li dawn jaqgħu taħt ministeri differenti, ser inqajmu kuxjenza akbar nazzjonali dwar dan kollu kif huwa dmirna li nagħmlu.  Fil-jiem li ġejjin sejrin inkunu qiegħdin invaraw proġetti diġa’ mfasslin f’erba’ lokalitajiet – Fgura, Msida, San Pawl il-Baħar u Victoria Għawdex fejn ser inpoġġu fondi amministrati minnha għad-disposizzjoni tal-kunsilli lokali bħala parti minn progett pilota ntiż biex jħaddar il-kommunitajiet tagħhom.

Dwar il-Greenfest ser naraw li n-nies tal-entitajiet li jaqgħu taħtna ser ikunu preżenti biex joffru t-tagħrif meħtieg sabiex okkażjoni ta’ divertiment għall-familji tissarraf  ukoll f’eżerċizzju edukattiv.

Tajjeb li jingħad li fl-istess jiem li ser ikun qed jiġi organizzat il-GreenFest, madwar l-Ewropa ser tkun għaddejja il-kampanja Let’s Clean Up Europe fejn f’kuntest lokali,  il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima impenja ruħu flimkien ma’ għadd ta’ għaqdiet ambjentali li ser jkunu impenjati sabiex  itellgħu attivitajiet minn rajhom b’rabta ma’ din id-data importanti.

B’kollox ser jkun hemm sensiela ta’ attivitajiet li jinvolvu il-Ministeru tagħna , l-eNGOs u anki l-WASTESERV mifruxin fuq gimgħa sħiħa li jilħqu il-qofol tagħhom propju fejn qed niltaqgħu llum.

B’kuxjenza akbar dwar dan kollu flimkien magħkom inkunu kapaċi ndawwru l-isfidi ambjentali quddiemna f’opportunitajiet għal ġid ta’ kulħadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow