NSTF MINI EUROPEAN ASSEMBLY
Illejla, fil-Parlament ta’ Malta tlaqqgħet l-24 sessjoni annwali tal-NSTF Mini European Assembly, li fiha pparteċipaw madwar 40 żagħżugħ u żagħżugħa.
It-tema li tressqet għad-diskussjoni kienet: “Creative Europe. Are EU programmes in culture & arts contributing to cultural diversity and the promotion of the arts within the member states?”
L-iSpeaker Anġlu Farrugia fetaħ is-seduta b’diskors ta’ merħba u ppressjeda l-assemblea, fejn segwa b’indirizz il-mistieden speċjali tal-organizatturi tal-NSTF s-Sur Jacek Protasiewicz, Viċi President tal-Parlament Ewropew.
Fi tmiem tas-seduta, kif isir kull sena, l-iSpeaker ippreżenta l-Best Speaker’s Award lil Francesca Zarb.
Qabel ma bdiet is-seduta, l-iSpeaker Anġlu Farrugia rċieva żjara ta’ korteżija mill-Viċi President tal-Parlament Ewropew Jacek Protasiewicz li kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-NSTF, is-Sur Francis Stivala.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en