L-AMBJENT TAGĦNA U L-KWALITA' TAL-ĦAJJA TIEGĦEK: IL-MINISTERU TAL-AMBJENT JGĦIN MILL-ĠDID LIL EARTH GARDEN
- Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat
Din is-sena il-Ministeru tal-Ambjent għażel it-tema ‘Our Environment - Your Well Being’għall-isponsorship tiegħu tal-Earth Garden għaliex jemmen li hija l-aktar tema topika u verament Ewropea li jista’ joffri bħalissa.
L-ambjent b’mod astratt, fejn ma jinħassx l-effett pożittiv tiegħu, fuq il-kwalita’ tal-ħajja taċ-ċittadini jaf ma jfisser xejn u ma jkollu l-ebda valur.
Huwa għalhekk li l-bniedem jagħti importanza lill-oqsma bħas-saħħa ambjentali għax jolqtu lilu mill-viċin, kif ukoll lill-uliedu u lill-familja tiegħu.
Il-Ministru Leo Brincat saħaq li huwa għalhekk li bħala Ministeru tal-Ambjent nemmnu li meta tgħin biex jittella l-Earth Garden mhuwiex xi att ta’ karita’ iżda investiment f'ċelebrazzjoni tal-innovazzjoni u kreattivita' li ġġib flimkien nies ta' etajiet differenti li mhux biss jixtiequ jgħixu ħajja ferm aħjar milli draw jgħixu tul is-snin iżda ukoll li jħaddnu kwalita’ tal-ħajja alternattiva u differenti minn dik li tradizjonalment telgħu fiha.
Il-Ministru Leo Brincat saħaq li l- Earth Garden hu mezz ta’ garanzija ta’ suċċess, għax dejjem ġab flimkien mhux biss l-aqwa talent Malti iżda ukoll l-aqwa ideat u l-aktar spirtu kreattiv u liberali li jista jeżisti f'pajjiżna.
L- Earth Garden hu okkażjoni pożittiva ta' ferħ għaliex jibni fuq it-tajjeb tas-soċjeta' ta' pajjiżna billi joffri triqat ġodda li oħrajn setgħu żammew lura milli jesploraw tul is-snin. Dan minħabba biżgħat jew preġudizzji.
Fid-dinja tal-lum l-ambjent ma jistax jibqa meqjus bħala suġġett tal-akkademiċi biss. Hemm bżonn is-sehem ta’ kulħadd fih. Minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet importanti, saċ-ċittadini nfushom. Kif ukoll dawk li niltaqgħu magħhom fit-triq u l-postijiet tax-xogħol tagħna fil-ħajja ta’ kuljum.
Il-Ministru Leo Brincat saħaq li l-appoġġ tal-Ministeru tal-Ambjent għandu jitqies kemm bħala dover kif ukoll bħala impenn sħiħ biex fil-limiti tar-riżorsi li għandu bħala Ministeru tingħata l-għajnuna meħtieġa ħalli din l-inizjattiva isservi b’mod konkret sabiex jissaħħu l-ambjent tagħna u l-kwalita’ tal-ħajja ta’ kulħadd.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en