Left arrow Go Back

ERBGĦA U GĦOXRIN GĦAQDA MHUX GOVERNATTIVA LI JAĦDMU FIL-QASAM SOĊJALI JIRĊIEVU BEJNIETHOM €560,300 BIEX IWETTQU PROĠETTI FIL-KOMUNITÀ

pr140870
Date Icon 24/04/2014

Sal-aħħar tas-sena dawn l-NGO’s se jkunu rċevew total ta’ €3.6 miljun f’għajnuna għall-proġetti tagħhom...żieda ta’ €600,000 fuq is-sena li għaddiet

Illum tqassmu l-ewwel pagamenti lil erbgħa u għoxrin għaqda mhux governattiva li jaħdmu fil-qasam soċjali sabiex iwettqu proġetti fil-komunità.

B’kollox, dawn l-NGO’s irċevew is-somma ta’ €560,000 minn vot totali ta’ €3.6 miljun maqsum bejn il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, li qed jikkontribwixxi €2 miljun u €1.6 miljun mill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali. 

Għall-ewwel darba l-Gvern qed iżid l-ammont f’għajnuna finanzjarja lil dawn l-għaqdiet b’€600,000.

F’indirizz qasir li għamlet, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli rringrazzjat lill-Għaqdiet Mhux Governattivi għax-xogħol siewi li jwettqu fil-volontarjat.

Hija qalet kemm il-Gvern japprezza l-ħidma importanti li jwettqu dawn l-għaqdiet b’tant dedikazzjoni u impenn minn ħinhom.

Fl-istess ħin il-Ministru Dalli fakkret kif dawn huma fondi pubbliċi u għaldaqstant appellat għat-trasparenza u l-kontabilità fl-infiq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow