AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni għall-Parlament Ewropew - Mejju 2014
Votazzjoni għal dawk li ser ikunu msifrin jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni - 24 ta’ Mejju, 2014
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li ser ikunu msiefra jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni nhar is-Sibt, l-24 ta’ Mejju, 2014, illi huma għandhom jagħmlu dikjarazzjoni bil-ġurament quddiem il-Kummissjonarji Elettorali sabiex ikunu jistgħu jivvotaw nhar is-Sibt, is-17 ta’ Mejju, 2014, fil-Kumpless tal-għadd tal-voti fin-Naxxar. Din id-dikjarazzjoni bil-ġurament għandha ssir fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, is-16 ta’ Mejju, 2014, skont il-ħinijiet murija hawn taħt:
| mit-Tnejn sal-Ġimgħa: | mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sas-7.00 pm |
| Sibtijiet u Ħdud: | mit-8.00 am sas-1.00 pm |
Importanti li l-persuna tieħu l-karta tal-identità jew tar-residenza tagħha meta tmur tagħmel id-dikjarazzjoni bil-ġurament u li, fid-data tal-votazzjoni antiċipata (17/05/2014) tkun fil-pussess tad-dokument għall-votazzjoni tagħha, għax mingħajru ħadd ma jitħalla jivvota.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en