IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI, L-AVUKAT MICHAEL FALZON JILTAQA’ MAL-FONDAZZJONI DIN L-ART ĦELWA
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-avukat Michael Falzon, kellu laqgħa mal-fondazzjoni Din l-Art Ħelwa, fil-berġa ta’ Kastilja.
Is-Sinjura Simone Mizzi, president ezekuttiv tal-fondazzjoni, bdiet billi irringrazzjat lill-avukat Michael Falzon talli għamel l-appuntament għal-laqgha f’qasir żmien, kif ukoll xtaqitlu l-isbaħ xewqat għall-kariga ġdida tiegħu.
Hija rreferiet għall-ħidma ta’ restawr illi saret fuq 39 sit storiku, kif ukoll għar-restawr u konservazzjoni li qed isir bħalissa fuq il-kappella tal-vitorja. Ir-restawr fuq din il-knisja huwa vast ħafna, peress li hemm diversi tipi ta’ xogħol involut.
L-avukat Michael Falzon irrefera wkoll għar-relazzjoni tajba li hemm bejn il-Fondazzjoni Din l-Art Ħelwa u l-MEPA, fejn din ta’ l-aħħar anke assistiet lill-fondazzjoni fir-restawr ta’ din il-kappella.
Minn naħa tagħha is-sinjura mizzi uriet ix-xewqa li s-Segretarju Parlamentari isib iċ-ċans fil-futur qarib biex iżur din il-ġawhra storika; stedina illi huwa aċċetta mill-ewwel.
Il-laqgħa tkompliet biex ġew diskussi diversi ideat kif għandha titkompla tissaħħaħ din ir-relazzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari ikkonkluda billi fakkar fl-importanza tal-iżvilupp u l-ħarsien ambjentali, f’sens leali lejn il-mandat tal-poplu Malti u Għawdxi.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en