TNEDIJA TAL-PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET FI PJAZZA TEATRU RJAL
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-programm t’ attivitajiet gћal Pjazza Teatru Rjal bejn April u Ġunju, programm li se jiġbor fih arti viżwali, mużika, zfin u anke opra.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fi Pjazza Teatru Rjal stess, tħabbar li l-palk ta’ Pjazza Teatru Rjal ser ikun qed jospita kalendarju mimli attivitajiet din ir-rebbiegћa.
Il-Ministru Owen Bonnici spjega li “art għammiela hija dik li l-bidwi ikun ħaddem ħafna l-ħamrija tagħha. Id-dibattitu li kellna fuq is-sit tat-teatru rjal wassal sabiex il-ħamrija ta’ dan is-sit tħaddmet ħafna. Issa huwa r-rwol tagħna li s-sit isir art kulturali għammiela.”
“Irriduha ssir art kulturali għammiela biex il-poplu kollu jkun jista’ igawdi mis-sabiħ tal-esperjenza kulturali u mhux il-ftit. U għalhekk il-programm tar-Rebbiegħa ta’ Pjazza Teatru Rjal huwa wieħed varjat u li għandu jirnexxi f’dan il-għan” żied jghid Dr Bonnici.
Dan ser ikun qed isir b’firxa wiesgћa ta’ arti, mużika, teatru, żfin u kull tip t’ avvenimenti artistiċi bit-tama li Pjazza Teatru Rjal jerġa’ jsib postu bћala spazju fejn jiltaqgћu il-klassijiet soċjali kollha.
Preżenti għal din it-tnedija kien hemm ukoll Charles Gatt, iċ-ċermen ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-maniġer ġenerali ta’ PTR Jason Masini, iċ-ċermen tal-Kunsill Malti gћall-Kultura u l-Arti Albert Marshall kif ukoll iċ- ċermen tal-Valletta 2018 Jason Micallef.
Is-sensiela t’ avvenimenti mistennija jibdew b’kunċert tal-mużika jazz u gospel minn Rino Cirinnà u l-Kor Animae Gospel li ser isir f’Ħadd il-Gћid fit-8pm bid-dћul huwa b’xejn. Kunċert ieћor tal-Malta Youth Orchestra ser isir fil-25 t’April fit-8pm.
Bejn it-3 u l-4 ta’ Mejju, PTR ser ikun qiegћed jospita il-Ms World Show, kif ukoll kunċert minn pjanist Russu ta’ fama nternazzjonali Yuri Rozum rispettivament. F’Mejju wkoll mistenni jittella Borderless/Bla Konfini, proġett ta’ żfin kollaborattiv ta’ Mavin Khoo bћala parti mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali li ser isir fl-10 u l-11 ta’ Mejju. Micronation Series, proġett satellita tal-Malta Design Week ta’ Norbert Francis Attard ser isir bejn is-17 u l-24 ta’ Mejju filwaqt li Talent Unmasked: A Night of Creation, imtella’ minn Aġenzija Sapport, ser isir fit-23 ta’ Mejju. Fit-30 ta’ Mejju it-teatru mistenni jimtela gћall-kunċert An Evening with Ira Losco & Friends. Ix-xahar ta’ Mejju ser jagћlaq b’kunċert tar-Royal Marines Association fil-31 ta’ Mejju.
Ġunju ser jiftaћ bl-opra La Traviata li ser issir bejn is-7 u t-8 ta’ Ġunju. Kiss the Sky, skultura ta’ Vince Briffa, ser tittella’ bejn l-4 ta’ Ġunju u s-16 ta’ Lulju filwaqt li l-Malta Police Band ser ittella’ kunċert fit-28 ta’ Ġunju. Pjazza Teatru Rjal se jkun ukoll wieћed miż-żewġ spazji ewlenin li fihom ser jittellgћu l-avvenimenti tal-Malta Arts Festival ta’ din is-sena.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en