IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, L-INNOVAZZJONI, IŻ-ŻGĦAZAGĦ U L-ISPORT CHRIS AGIUS JIPPREŻENTA L-FONDI TAL-ISKEMA BE ACTIVE
“Il-Volontarjat huwa mezz nobbli li permezz tiegħu ż-żgħażagħ jagħtu u joffru s-servizz u l-ħin tagħhom għall-ġid u l-iżvilupp kontinwu tas-soċjeta. Jien nemmen li jekk inrawmu din il-kultura fiż-żgħażagħ tagħna, nkunu qed ninvestu fis-socjeta’ tagħna.”
Dan qalu Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħazagħ u l-Isport, waqt is-serata ta’ għoti ta’ fondi relatati mal-iskema Be Active. L-iskema Be Active, hija parti mill-għajnuna li Aġenzija Żgħażagħ tagħti lill-gruppi ta’ żgħażagħ li jkunu proponew ideat għall-inizjattivi volontarji li jistgħu jsiru bi sħab mal-istess Aġenzija. L-inizzjattiva trid tkun relatata ma’ waħda mis-sitt temi magħżula minn Aġenzija Żgħażagħ. It-temi kienu: No Hate Speech Movement Campaign, Ċittadinanza Attiva, Il-Vot ta’ 16-il sena, L-Illitterizmu, L-Obeżita u l-Intraprenditorija.
Il-gvern huwa kommess li jagħti aktar spazju liż-żgħażagħ u fl-istess ħin joħloq aktar opportunitajiet biex dawn iż-żgħażagħ jkunu kreattivi u innovattivi. L-iskema Be Active hija waħda minn dawn l-opportunitajiet li ż-żgħażagħ jistgħu jieħdu. Fl-istess ħin, il-gruppi li jimbarkaw fuq skemi bħal dawn jafu li jistgħu jsibu l-għajnuna u s-sapport meħtieġ minn Aġenzija Żgħażagħ. Is-Segretarju Parlamentari saħaq wkoll fuq l-importanza li ħadd ma jibqa’ barra mill-għarfien dwar inizzjattivi ta’ din ix-xorta, u allura is-Segretarjat immexxi minnu flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ taħt it-tmexxija ta’ Miriam Theuma ser jkunu minn tal-ewwel biex jiżguraw li aktar żgħażagħ jipparteċipaw f’inizzjattivi komunitarji.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en