Left arrow Go Back

€3.5 MILJUN MILL-FOND TA’ KOEŻJONI EWROPEW SE JIĠU INVESTITI F’SISTEMA ĠDIDA TA’ DRAINAGE FIL-BAĦRIJA

pr140816mt
Date Icon 17/04/2014

“Il-komunità żgħira tal-Baħrija u l-madwar, se jnkunu qed inqarrbuha aktar lejn iċ-ċentru. Dan permezz tal-investiment fl-infrastruttura li se jikkontribwixxi f’ambejnt u kwalità ta’ ħajja aħjar. Madwar 500 familja sal-lum għadha mingħajr sistema ta’ drianage. Dan il-Gvern ħass li permezz tal-politika Ewopea ta’ koeżjoni, jinvesti €3.5 miljun mill-Fond ta’ Koeżjoni Ewropew sabiex ir-residenti li joqogħdu fil-Baħrija u l-madwar ikollhom sistema ta’ drainage adegwata għaż-żminijiet tal-lum.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa fil-Baħrija sabiex iħabbar dan il-proġett li ħa jkun qed jiġi mwettaq mill-Korporazzjoni għall-Ilma fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Is-Segretarju Parlamentari qal li b’dan il-proġett, mhux biss qed nagħtu lir-residenti tal-Baħrija, Għajn Kajjet, Tas-Salvatur u Bieb ir-Ruwa  kwalità ta’ ħajja aħjar u jiżdied il-valur tal-proprjetà, iżda fuq kollox qed nissalvagwardjaw l-uċuħ tar-raba’ li fil-passat esperjenzaw ċirkustanzi xejn sbieħ bis-sistema preżenti fejn id-drainage kollu kien għadu jinġabar ġo fossa waħda, u li allura jkollha titbattal diversi drabi. 

Fl-isfond tal-Knisja l-Ġdida tal-Baħrija ddedikata lil San Martin, Dr Borg ħabbar ukoll li din il-Knisja ġiet allokata Fondi Ewropej sabiex tinstalla pannelli fotovoltajiċi ħalli tkun tista’ tiġġenera enerġija nadifa filwaqt li tnaqqas mill-ispejjeż fuq kontijiet tad-dawl. Dan l-investiment huwa parti minn proġett ikbar li qed jara installazzjonijiet simili f’35 parroċċa madwar il-gżejjer Maltin.

Is-Segretarju Parlamentari qal li dan il-Gvern huwa kommess li jkompli jaħdem favur komunitajiet żgħar bħall-Baħrija u r-residenti tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow