Left arrow Go Back

IL-PBS TIRBAĦ IL-PREMJU NAZZJONALI GĦALL POLICIES TA’ UGWALJANZA FIT-TMEXXIJA TAR-RIŻORSI UMANI

pr140815mt
Date Icon 17/04/2014

Il-PBS hija l-ewwel Stazzjon tax-xandir lokali li għadu kif kiseb iċ-ċertifikazzjoni prestiġjuża mill-Kunsill Nazzjonali u l-Promozzjoni tal-Ugwaljanza li tikkonferma r-responsabiltajiet korporattivi u l-livelli ta’ tmexxija għoljin li għandha l-PBS. 

Dan il-premju jagħraf l-importanza li l-PBS tagħti lir-Riżorsi Umani li jiġbru lill-impjegati flimkien f'ambjent tax-xogħol favorevoli permezz ta’ ugwaljanza bejn is-sessi u policies kontra l-abbuż. 

Dan ir-rikonoxximent għandu jħalli marka fl-istorja tax-xandir f'Malta. L-istrateġija ġiet promossa miċ-Chairman Kav. Dott. Tonio Portughese u mwettaq mill-Kap Eżekuttiv Anton Attard, Edmund Tabone Manager Corporate Services u Doreen Cortis Administration Coordinator, b’dawn l-aħħar tnejn ikunu r-rappreżentanti uffiċjali tal-PBS fi ħdan il-Kunsill Nazzjonali u l-Promozzjoni tal-Ugwaljanza li bit-tmexxija professjonali tiegħu jistħoqqlu kull tifħir. 

Il-Ministru Manuel Mallia, li huwa responsabbli mix-Xandir Nazzjonali wera is-sodisfazzjon tiegħu lejn din il-kisba mill-PBS. Huwa saħaq li l-entitajiet u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu għandhom jaħdmu qatigħ biex jiksbu dan l-unur miksub mill-PBS. 

Fi żmien qasir il-PBS ser tiġi uffiċċjalment ippreżentata b’dan l-unur f'ċerimonja uffiċċjali mill-Gvern. Fl-aħħar u mhux l-anqas il-PBS tirringrazzja lill-ħaddiema kollha talli għarfu l-importanza ta' din l-istrateġija biex seta’ jinkiseb dan l-għarfien Nazzjonali li jagħmel ġieħ lill-Kumpanija f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodiċi ta’ etika fuq ix-xogħol u żvilupp ta-riżorsi umani. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow