Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr140814
Date Icon 17/04/2014

Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u tal-Kumitati Amministrattivi għall-Komunitajiet  - Mejju 2014

Verifika ta’ kif se jidher l-isem tal-Kandidat fuq il-Polza tal-Votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-kandidati li ser jikkontestaw l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u tal-Kumitati Amministrattivi għall-Komunitajiet illi huma jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta, nhar it-Tlieta, 22 ta’ April, 2014, bejn id-9.00 am u n-12.30 pm u mis-2.00 pm sal-5.00 pm, kif ukoll nhar l-Erbgħa, 23 ta’ April, 2014, bejn id-9.00 am u nofsinhar, ħalli jivverifikaw kif ser jidher isimhom fuq il-polza tal-votazzjoni.  Il-kandidati Għawdxin jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess jiem u ħinijiet.

Kull talba għal xi oġġezzjoni, żieda, tnaqqis jew korrezzjoni fuq il-polza tal-votazzjoni għandha tasal bil-miktub, għand il-Kummissjoni Elettorali sal-Ħamis, 24 ta’ April, 2014, sa nofsinhar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow