Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr140810
Date Icon 16/04/2014

Imnedija sistema ġdida li toffri massimu ta’ 27% cash rebates għall-Industrija tal-Films -  Malta issa għandha fost l-aqwa pakkett ta' inċentivi għal films madwar id-dinja.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-PBS, illum il-Ministru responsabbli mill-Industrija tal-Films,  Dr. Manuel Mallia flimkien mal-Kummissarju tal-Films, is-Sur Engelbert Grech ħabbru sistema ġdida ta’ inċentivi għall-films, intenzjonata biex tattira aktar films barranin lejn pajjiżna.

Is-sistema ta’ cash rebates għal films li toffri Malta issa tista’ tlaħħaq is-sebgħa u għoxrin fil-mija. Ir-rata normali se tkun ta’ 25% cash rebate u tnejn fil-mija oħra jekk il-film ikollu elementi kulturali Maltin. Dan ifisser li minn kif kienet qabel is-sistema, dan il-gvern ser izidha b’ħamsa fil-mija.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Mallia qal li dan il-pjan huwa ‘game changer’ li mistenni jerġa’ jpoġġi lura lill-pajjiżna fuq il-mappa tal-industrija tal-films, wara li għall-ħafna snin, din l-industrija tħalliet fi stat ta’ abbandun. Waqt l-istess konferenza tnediet pubblikazzjoni ġdida  dwar ir-rebates sabiex jintuza għall-marketing barra minn pajjiżna, kif ukoll il-logo il-ġdid tal-Kummissjoni tal-Films.

Dawn it-tibdiliet qed iseħħu wara li nbiddlu kompletament l-istrutturi tal-Kummissjoni tal-Films, wara li sar investiment ta’ nofs miljun euro fit-taħriġ għal nies f’din l-industrija, kif ukoll inbidel il-Fond tal-Films biex isir aktar  effettiv u żdiedu l-fondi li jista’ jibbenefika minnhom kull proġett. Apparti minn dan fil-Budget għal din is-sena, tnieda il-co production fund b’valur ta’ miljun euro, li għandu l-għan ewlieni li jattira produtturi barranin lejn pajjiżna.

Il-Ministru Mallia assigura li fiz-zmien li ġej ser jitħabbru aktar inizjattivi sabiex din l-industrija tkompli tikber. Dan il-gvern qed jimxi bi strateġija innovattiva, fejn nikkonsultaw il-ħin kollu mal-istake holders.  “Għalhekk stajna nibnu politika li hi bbażata fuq il-bżonnijiet ta’ din l-industrija”,  tenna l-Ministru Mallia. “Pajjizna huwa inkreddibli, għandu ħaddiema bieżla, klima tal-ħolm, pajesaġġ li jsaħħar. Mhux ta’ b’xejn li pajjiżna kien deskritta bħala Mini Hollywood mill-London Times. Iżda fil-passat dawn il-kwalitajiet  ma konniex kapaċi nisfruttawhom. U ghalhekk issa il-gvern huwa kommess li jkun aggressiv biex din l-industrija tkun tista’ tikber.”

Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet, il-Kummissarju tal-Films is-Sur Engelbert Grech qal li bħalissa il-Kummissjoni tal-Films għaddejja b’xogħol intensiv biex tippromwovi lil pajjiżna barra minn Malta. Il-Kummissjoni tal-Films  qed tagħmel marketing campaign fuq livell internazzjonali u qed tattendi l-Festivals u fieri internazzjonali  biex tattira films lejn Malta.  Fl-istess ħin qed ikunu inċentivati proġetti  biex pajjiżna jkollu faċilitajiet tal-films aħjar fosthom soundstage.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow