RISPONS QAWWI DWAR IR-RIFORMA TAL-GWARDJANI LOKALI
Kienu bosta dawk li taw il-kummenti, ressqu l-ilmenti u għamlu s-suġġerimenti waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni li għaddej dwar ir-riforma tal-Gwardjani Lokali.
Filwaqt li rringrazzja lill-pubbliku u lil dawk kollha li pparteċipaw, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo ħabbar li, peress li r-rispons kien wieħed qawwi, u għad fadal min jixtieq jikkontribwixxi f’din ir-riforma, il-proċess ta’ konsultazzjoni, li kellu jiskadi fit-18 t’April, qiegħed jiġi estiż sal-aħħar ta’ April.
B’hekk, kulħadd jingħata ċ-ċans li jagħmel il-proposti. Kull min jixtieq jgħaddi l-ideat huwa mitlub jagħmel dan sal-aħħar ta’ April:
Permezz ta’ email fuq: info@riformagwardjanilokali.com
jew fuq il-facebook: www.facebook/riformagwardjanilokali.com
jew iċemplu fuq in-numru: 22002308
Aktar informazzjoni tinsab fuq il-website: www.riformagwardjanilokali.com
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en