Left arrow Go Back

IL-MINISTRU LEO BRINCAT, U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS AĠIUS JIPPREMJAW L-ISTUDENTI TAL-NSTF SCIENCE EXPO.

pr140780
Date Icon 13/04/2014

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat waqt iċ-ċerimonja tal-presentazzjoni tal-premjijiet tas-Science Expo 2014 fl-MCAST qal li filwaqt li kull qasam ta’ taħriġ u tagħlim huwa ta’ fejda,  l-unika triq ‘l quddiem għal pajjiżna hija dik ta’ speċjalizazzjoni.

Tul is-snin, l-għadd ta’ żgħażagħ li speċjalizzaw fl-immaniġġjar ambjentali kiber ġmielu. Madanakollu, xorta waħda minħabba l-isfidi li għandna quddiemna bħala stat membru fl-Unjoni Ewropea, l-isfidi u l-opportunijtajiet quddiemna jibqgħu kbar. Il-Ministru Leo Brincat qal li meta l-MEPA u l-Awtorità tar-Riżorsi  jingħaqdu, pajjiżna ser ikollu bżonn ta’ nies imħarġa sew ħalli b’hekk tkun tista’ isseħħ qabża ta’ veru fil-kwalita’ tar-riżorsi umani ta’ pajjiżna. Kompla li bħala pajjiż għadna lura f’dawk li huma studji fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart. Settur li llum kiber f’riżorsa u anki f’industrija li tirrendi u li fl-istess ħin tinħtieġ li tiġi regolata b’mod professjonali kontra kull tip ta’ abbużi li jistgħu jsiru. Qal li pajjiżna għad baqalu ħafna x’jaqdef sakemm ikun f’qagħda li jilħaq il-livell meħtieġ u mixtieq fl-għadd u fil-kwalità ta’ nies li jieħdu din il-linja bħala qasam ta’ speċjalizazzjoni għalihom. B’hekk hu meħtieġ sforz edukattiv biex jinħolqu opportunitajiet ġodda li jħarsu l-prinċipji li tħaddan l-Ekonomija l-Ħadra. Il-Ministru Leo Brincat saħaq li kemm l-Universita’ kif ukoll l-MCAST huma l-mezz ewlieni li bihom jiġu ndirizzati dawn l-isfidi ħalli jiddawwru f’opportunitajiet fejjieda.

Min-naħa tiegħu, Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport saħaq dwar l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni, li huma għodda strumentali fl-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittivita’.

Kompla jgħid li l-Gvern huwa kommess li jippromwovi aktar ir-riċerka u l-innovazzjoni għaliex l-ekonomija fis-snin li ġejjin ser tkun qed tiddependi mill-kapaċita’ li kull pajjiż għandu biex jiżviluppa u jattira t-talent.  Barra minn hekk ix-xjenza hija parti mill-qofol tal-ħolqien tal-impjiegi.

B’hekk il-pajjiż irid jara li l-istudenti jkunu preparati u lesti għal dinja differenti.  Il-Gvern huwa impenjat li jħeġġeġ l-iskejjel, speċjalment dawk tal-livell terzjarju, biex ikabbru netwerks ta’ riċerka u nnovazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow