Left arrow Go Back

JITKOMPLEW IŻ-ŻJARAT GĦAL GĦARRIEDA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA

pr140773
Date Icon 12/04/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijieti ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana kompliet b’aktar żjarat għal għarrieda f’ċentri u postijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bħala Segretarju Parlamentari. Għalhekk, wara li żaret il-ħaddiema taċ-Ċentru Ħidma Soċjali u iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Diżabilità, illum żaret id-Djar tal-Anzjani taż-Żejtun, Bormla u tal-Mellieħa.

Dawn iż-żjarat servew biex is-Segretarju Parlamentari tiltaqà iżjed m’Anzjani u min jieħu ħsiebhom. L-anzjani residenti f’dawn id-djar ħadu gost jiltaqgħu mas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tant li ħafna minnhom ħaduha fil-kmamar rispettivi tagħhom biex juruha affarijiet personali u importanti għalihom. Dr Justyne Caruana ltaqgħet wkoll mal-membri tal-assoċjazzjoni tar-Residenti fiż-Żejtun.

Bħalma ikkommettiet ruħha mal-Persuni b’Diżabilità, fi kliemha mal-anzjani ġewwa id-Djar tal-Anzjani, is-Segretarju Parlamentari qalet li dawn iż-żjarat ser jibdew ikunu b’mod regolari u għal għarrieda, bl-għan li ma tinterrompix ix-xogħol ta’ kuljum ta’ min jieħu ħsiebhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow