IS- SEGRETARJU PARLAMENTARI DOTT. MICHAEL FALZON JILTAQA’ MAL-ĦADDIEMA TAL-MEPA
Wara l-laqgħa li s-Segretarju Parlamentari Dott. Michael Falzon kellu mal-Bord nhar il-Ħamis 3 ta’ April, issa kien imiss li jiltaqa’ mal-ħaddiema kollha ta’din l-Awtorità.
Dott. Falzon beda sabiex jirringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu u saħaq l-importanza tal-intergrità u l-effiċjenza sabiex jingħata servizz sinċier u bla dewmien.
Semma ukoll l-isfidi ġodda li hu mistenni jkun hemm fil-futur qarib meta l-funzjonijiet tal-ambjent u tal-iżvilupp jibdew jaħdmu b’mod separat, skont kif inhu ppjanat.
Huwa kkonkluda billi saħaq fuq l-importanza tax-xogħol tal-ħaddiema f’sens leali lejn il-mandat tal-poplu Malti u Għawdxi fl-aħħar elezzjoni anke b’referenza għal dan il-qasam partikolari.
Dott. Falzon qal li l-aspett ta’ servizz lejn iċ-ċittadini għandu dejjem jinżamm bħala prijorità.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en