ĦTIEĠA TA’ PARTEĊIPAZZJONI AKBAR TA’ STUDENTI BNIET FIL-QASAM TAX-XJENZA – MINISTRU HELENA DALLI
Il-Gvern qed jevalwa l-possibbiltà li jiċċentralizza l-laboratorji nazzjonali
Dalgħodu l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet Ċivili Dr Helena Dalli żaret is-Science Expo Fest 2014 li qed tittella’ mill-Fondazzjoni NSTFfl-Istitut tax-Xjenza Applikata fl-MCAST f’Raħal Ġdid.
Akkumpanjata mill-Prinċipal tal-Kulleġġ is-Sur Stephen Cachia u mis-Segretarju Ġenerali tal-Fondazzjoni NSTF is-Sur Francis Stivala, il-Ministru Dalli ddawret ma’ bosta stands li tellgħu diversi skejjel differenti, sew primarji u sekondarji kif ukoll minn studenti tal-MCAST stess.
Il-Ministru Dalli kellha l-opportunità li titkellem mal-istudenti u tisma’ mingħandhom il-ħsibijiet u l-ideat wara l-proġetti xjentifiċi li ħolqu.
Filwaqt li laqgħet b’sodisfazzjon il-fatt li n-numru ta’ studenti bniet li qed jinteressaw ruħhom f’suġġetti xjentifiċi kiber, saħqet fuq il-ħtieġa li jkun hemm aktar nisa li jagħżlu li jkomplu fil-linji tax-xjenza. Dan minnu nnifsu jassigura li n-nisa jkunu fuq quddiem f’karrieri relatati max-xjenza fosthom dawk tal-inġinerija, farmaċewtika, u fis-settur tal-avjazzjoni.
Hija semmiet kif bħalissa għaddejja kampanja mill-Kummissjoni Ewropea msejħa Science: It’s a Girl Thing biex tqajjem kuxjenza fost studenti bniet dwar karrieri fil-qasam xjentifiku.
Dr Dalli semmiet ukoll il-ħsieb tal-Gvern li ssir ċentralizzazzjoni tal-laboratorji nazzjonali għal aktar effiċjenza u valur għall-flus.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en