WORKSHOP INTERNAZZJONALI FUQ IL-KOLLEZZJONIJIET AWDJO-VIŻIVI: DIĠITIZZAZZJONI, PRESERVAZZJONI U AĊĊESS 10-12 TA' APRIL 2014 - PALAZZO CAPUA, TAS-SLIEMA
Il-Workshop Internazzjonali fuq il-kollezzjonijiet awdjo-viżivi: diġitizzazzjoni, preservazzjoni u aċċess se jittella’ bejn l-10-12 ta’ April f’Palazzo Capua, Tas-Sliema. Dan l-avveniment huwa ko-organizzat mid-Dipartiment tal-Libreriji u x-Xjenza tal-Arkivji fl-Università, flimkien mad-Direttorat għall-Kultura fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Fid-dawl tal-problemi u l-isfidi moderni għall-materjal awdjo-viżiv analoġiku, dan il-workshop tfassal apposta għall-professjonisti u l-voluntiera li qed ifittxu l-aħħar tagħrif fuq iċ-ċiklu ta’ ħajja diġitali tal-kollezzjonijiet awdjo-viżivi tagħhom.
Dan l-avveniment huwa maħsub biex jindirizza l-bżonnijiet u l-isfidi attwali li dan il-qasam qed jaffaċċja f'Malta, u se jitmexxa minn grupp ta' esperti internazzjonali li jinkludu lil Daniel Teruggi (Direttur tar-Riċerka, INA, Pariġi), Andy O’Dwyer (BBC Research and Development, Londra), Richard Wright (Preservation Guide, Londra), Beth Delaney (Franza), Toni Sant (University of Hull), Andrew Alamango (Università ta’ Malta), Andrew Pace (University of Manchester), Steve Borg (University of Hull).
Għal aktar dettalji, inkluż applikazzjoni u skeda tal-ħinijiet, żuru s-sit elettroniku https://sites.google.com/site/soundmovingimage2014/ jew ibagħtu email f'dan l-indirizz: catherine.tabone@gov.mt.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en