Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS AGIUS JIPPREMJA LIR-REBBIEĦA TAT-TOUR TA’ MALTA TAĊ-ĊIKLIŻMU

pr140726
Date Icon 08/04/2014

Nhar il-Ħadd fil-għaxija fil-Lukanda Soreda, l-Qawra fejn kienu alloġjati ċ-ċiklisti barranin, saret il-premjazzjonijiet tat-trofej lir-rebbieħa kollha ta’ kull kategorija tal-20 Edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta’ Malta. Dawn l-premjazzjonijiet saru mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius.  Huwa kien assistit minn uffiċċjali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fosthom John Zammit u Daniel Borg Olivier, president u segretarju rispettivament.

Fil-messaġġ li għamel għal din l-okkażjoni, Chris Agius qal li baqa’ mpressjonat bil-ħidma li qed twettaq il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu biex tkompli bl-attivitajiet tagħha u tikkreja iktar turiżmu sportiv ghal pajjiżna.

Kompla jghid li jinsab sodisfatt ferm jara daqstant ċiklisti Maltin u barranin sodisfatt bl-andament tal-erba’ stadji ta’ din l-edizzjoni. Huwa faħħar ħafna l-inizjattivi ġodda li qed tieħu l-istess Federazzjoni biex flimkien ma’ entita’ Taljana jinħoloq tim professjonali ffurmat minn ċiklisti Maltin u Taljani li jirraprezentaw lil Malta f’kompetizzjoni ta’ livell għola internazjonalment. Huwa faħħar inizjattivi oħra li huma maħsuba għal futur fosthom li finalment jinġieb f’Malta l-apparat taċ-ċippa biex b’hekk jitħaffew ferm ir-reġistrazzjoni tal-pjazzament ta’ kull atleta.

It-Taljan Salvatore Da Salvo tat-Team Maggi rebaħ il-kategorija tal-Elite ta’ din l-20 Edizzjoni meta spiċċa f’ħin totali ta’ 04:54:18. Din kienet it-tieni darba li Da Salvo rebaħ it-Tour ta’ Malta wara li kien kiseb suċċess ukoll fl-2012. Fit-tieni post daħal Francesco Pizzo ta’ Citta Di Mister Bianco f’ħin ta’ 04:56:20, filwaqt li Tom Stockdale ta’ Team BH Solidor Wam Youth spiċċa t-tielet f’ħin ta’ 04:58:01. Il-Kategorija tal-Masters intrebħet minn James Steward ta’ Bonito Squadra Corse f’ħin totali ta’ 03:23:00. Sieħbu tal-istess tim Steward Wilson spiċċa t-tieni f’ħin ta’ 03:29:01 u Giuliano Montedori ta’ SS Grosseto b’ħin ta’ 03:29:29 spiċċa t-tielet.

Għat-tieni sena konsekuttiva Mathilde Mathjsse ta’ Bonito Squadra Corse rebħet il-Kategorija tan-Nisa f’ħin ta’ 03:35:19. Hija kienet segwita minn Mathilde Pauls ta’ Fusion RT b’ħin ta’ 03:36:52 u Joanne Blakely ta’ GB Cycles b’ħin ta’ 03:38:20.

Il-Kategoriji tal-Maltin intrebħu minn Etienne Bonello ta’ Team Greens f’ħin ta’ 05:01:39. Warajh spiċċaw Carl Attard ta’ Agones S.C. f’ħin ta’ 05:02:57 u Maurice Formosa ta’ The Cyclist f’ħin ta’ 05:05:56. Danica Bonello Spiteri ta’ Team Greens rebħet dik tan-Nisa f’ħin ta’ 03:41:28. Hija kienet segwita minn Marie Claire Aquilina ta’ Team Greens b’ħin ta’ 03:53:21 u Michelle Vella Wood ta’ Birkirkara St. Joseph S.C. b’ħin ta’ 03:57:08. Il-Kategorija tal-Masters Maltin intrebħet minn David Galea ta’ The Cyclist b’ħin ta’ 03:32:00. Kevin L. Borg ta’ Birkirkara St. Joseph S.C. spiċċa t-tieni b’ħin ta’ 03:47:42. Fit-tielet post ikklassifika Joe Mallia ta’ Qormi C.C. b’ħin ta’ 03:58:44.

Iż-żewġ Merit Awards Trophies ingħataw lil Jon Miles għas-servizz ferm twil fil-qasam ċiklistiku lokali, kif ukoll lil Euchar Camilleri għax-xogħol siewi li jagħmel fl-attivitajiet lokali taċ-Ċikliżmu, kif ukoll fit-Tour. Intant ingħataw ukoll żewġ apprezzamenti lil Maurice Cini għal għajnuna massiva tiegħu waqt it-Tour, kif ukoll lil Umberto Nardecchia għal impenn qawwi li qed juri biex iċ-ċikliżmu lokali jikber internazzjonalment.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow