L-ISPEAKER JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MIĊ-CHIEF MINISTER TA’ ĠIBILTA`
pr140718mt
07/04/2014
Iċ-Chief Minister ta’ Ġibilta`, l-Onor. Fabian Picardo, illum wara nofs-in-nhar għamel żjara ta’ kortesija lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Dr Anġlu Farrugia.
Iż-żewġ naħat tennew ir-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn Malta u Ġibilta` u ddiskutew diversi suġġetti ta’ nteress ghaż-żewġ naħat, fosthom ko-operazzjoni f’livell Parlamentari. Issemmew ukoll il-proċeduri tal-Parlament, b’referenza speċjali għad-diversi Kumitati tal-Kamra.
L-Onor. Picardo kien akkumpanjat mill-Onor. Albert Isola, Minister for Financial Services and Gaming, is-Sur Gareth Flowers, Chief of Staff tal-Uffiċċju taċ-Chief Minister, u s-Sur Albert Poggio, OBE, UK Representative.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en