Left arrow Go Back

IL-MINISTRU HELENA DALLI F’TAĦDIDIET FL-ISVEZJA MAL-MINISTRU TAL-INTEGRAZZJONI TAL-GVERN SVEDIŻ

pr140716
Date Icon 07/04/2014

Laqgħa preparatorja li se twassal għall-Konferenza tal-Jum Dinji kontra l-Omofobija (IDAHO 2014) li se ssir f’Malta f’Mejju

Dalgħodu l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet Ċivili Helena Dalli kellha laqgħa mal-Ministru tal-Integrazjoni tal-Gvern Żvediz, Eric Ullenhag. Huma tkellmu dwar il-qagħda tad-drittijiet ċivili kemm fiż-żewġ pajjiżi kif ukoll fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea b'mod partikolari d-drittijiet ta' persuni LGBTI.


Fi tmiem din il-laqgħa privata, il-Ministru Dalli flimkien mal-Ministru Ullenhag indirizzat il-laqgħa preparatorja li se twassal għall-konferenza tal-jum dinji kontra l-omofobija (IDAHO 2014) li se ssir f'Malta f'Mejju li ġej. 


Helena Dalli tkellmet fuq il-miżuri li ħa l-Gvern matul l-aħħar sena fosthom it-twaqqif tal-kunsill konsultattiv għad-drittijiet ta' persuni LGBTI, l-emenda fil-kodiċi ċivili biex jingħataw id-drittijiet taż-żwieġ lill-persuni transgender, il-progress li qed isir fil-qasam kostituzzjonali kif ukoll l-introduzzjoni tal-unjonijiet ċivili.

Mistoqsija dwar kif Malta tista taħdem biex tikkonvinċi aktar pajjiċi jdaħħlu drittijiet għal persuni LGBTI, Dr Dalli qalet li l-Gvern irid imexxi bl-eżempju. Għaldaqstant, tittama li aktar pajjiżi jkunu impenjati li jsaħħu l-leġiżlazzjoni tagħhom favur din il-minoranza li ilha tkun imċaħħda mid-drittijiet umani tagħha.


Waqt din il-laqgħa, delegati minn pajjiżi differenti faħħru l-impenn b'saħħtu tal-Gvern Malti biex imexxi 'l quddiem aġenda li tagħti prijorità lil min għad m'għandux protezzjoni legali f'ċertu oqsma tal-ħajja li għall-maġġoranza hija awtomatika. Il-fatt li għad hawn nies li għadhom ikunu diskrminati hija inaċċettabli.


Il-laqgħa kompliet b'diskussjoni dwar il-proposti li se jkunu preżentati fil-konferenza ta' Malta f'Mejju li ġej.


Aktar tard, il-Ministru Helena Dalli kellha wkoll taħdidiet mas-sur Thomas Hammerberg li serva bħala Kummissarju għad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa. Huma tkellmu dwar l-aħjar mod kif il-pajjiżi jistgħu jaħdmu fl-interess ta' dawn il-minoranzi. Is-sur Hammerberg tkellem ukoll fuq l-esperjenzi tiegħu ta' pajjiżi li ma jirrispettawx dawn id-drittijiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow