STQARRIJA MILL-GVERN TA' MALTA
pr140702
05/04/2014
Il-Gvern se jappella mid-deċiżjoni tal-MEPA dwar manutenzjoni fil-Freeport
Il-Gvern ma jaqbilx u qed joġġezzjona għall-ħruġ ta’ permess sabiex fil-Freeport isiru operazzjonijiet ta’ manutenzjoni ta’ riggijiet taż-żejt għal perjodu ta' sena.
Il-pożizzjoni tal-Gvern hija riflessa mill-vot kontra tar-rappreżentant tal-Prim Ministru fuq il-board tal-MEPA, l-Avukat Joseph Sammut.
Il-Gvern, għalhekk inkariga lill-Uffiċċju tal-Avukat Generali sabiex minn issa, jekk tali permess joħroġ, jappella kontra dan il-permess.
Permessi simili ħarġu fil-passat għal żmien qasir biex isiru xogħlijiet fuq proġetti speċifiċi ħafna. Il-Gvern ma jaqbilx li din is-sistema tiġi mibdula u li l-Freeport jingħata permess miftuħ għal dawn ix-xogħlijiet.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en