Left arrow Go Back

INIZJATTIVA TAL-GVERN MAĦSUBA BIEX L-ISTUDENTI TAL-ISKEJJEL SEKONDARJI JKUNU PROTAGONISTI FIL-QASAM TAL-AMBJENT

pr140663
Date Icon 01/04/2014

Għalliema minn diversi skejjel sekondarji ta’ pajjiżna, dalgħodu kellhom laqgħa mal-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat  u l-Ministru tal-Edukazzjoni u Impjiegi Evarist Bartolo dwar il-proġett edukattiv  LEĦEN L-ISTUDENT ...GĦAX MADWARI JIMPURTANI. Il-Ministru Brincat qal li din l-inizjattiva tal-Ministeru tiegħu li sabet appoġġ sħiħ mill-Ministeru tal-Edukazzjoni hija maħsuba biex tagħmel mill-istudenti tal-iskejjel sekondarji protagonisti fil-qasam tal-ambjent.

Dan billi l-istudenti li jattendu dawn l-iskejjel ser jkollhom kull opportunità biex joħorġu bi proposti ta kif lokalita' partikolari magħżula minnhom stess tista’ tissebbaħ permezz ta’ suġġerimenti marbutin mat-tisħiħ tal-Ambjent, l-Ekonomija l-Ħadra u ideat oħrajn sostenibbli

Il-Ministru Brincat qal li għandu jispiċċa ż-żmien fejn il-Gvern jipprova jagħmel kollox hu. L-istess kif qed tingħata l-opportunita' lis-settur privat biex jgħin fit-tisħiħ tal-ambjent f'pajjiżna, jemmen li ħadd daqs l-istudenti tal-iskejjel sekondarji ma jistgħu joffru ideat ġodda, friski u innovattivi. Biex imbgħad aktar tard dawn il-proposti jitressqu għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern ċentrali u anki tal-kunsilli lokali ikkonċernati. 

Il-Minsitru Leo Brincat qal li jemmen li l-għalliema permezz tal-impenn tagħhom jistgħu jiffaċilitaw dan il-proċess. Huwa f'dan il-kuntest li kull skola ser jkollha persuna responsabbli biex jagħmluha possibbli biex l-istudenti jfasslu il-proposti tagħhom.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo, qal li l-iskola għandha tkun sors ta’ kif itejjeb il-komunita’. Huwa awgura liz-zgħazagħ u tfal li se jieħdu sehem f’din l-inizjattiva biex jkomplu jaħdmu favur ambjent aħjar. Il-Ministru Bartolo qal li it-tibdil fil-klima hija waħda mill-isfidi ewlenin tal-bniedem u din għandha tingħata prijorita’, inkluz fl-iskejjel.

Se jiġu esibiti l-proposti kollha f'wirja miftuħa għall-pubbliku. Il-Gvern għandu l-ħsieb li jikseb ukoll sponsorship bħala inċentiv għal dawn l-inizjattivi. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow