Left arrow Go Back

GĦALL-EWWEL DARBA FIL-PARLAMENT MALTI, ĠIET ŻVILUPPATA LIĠI MIT-TFAL GĦAT-TFAL

pr140659
Date Icon 01/04/2014

‘Poġġejna t-tfal fuq l-aġenda tal-pajjiż’, qalet il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca waqt it-tnedija ta’ rapport ta’ konsultazzjoni fuq l-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal bl-isem The Voice of the Child in Care.

Coleiro Preca fissret din il-konsultazzjoni bħala pass ieħor fil-ħidma tal-Gvern biex tingħata vuċi u viżibilità lit-tfal kollha Maltin u Għawdxin.

Elenkat id-diversi drabi li t-tfal ġew ikkonsultati f’dawn l-aħħar tnax-il xahar fosthom dwar il-faqar kif ukoll dwar l-għażla tal-Kummissarju għat-Tfal.

B’riżultat tal-konsultazzjoni mat-tfal f’out-of-home care, qalet Coleiro Preca, għall-ewwel darba fil-Parlament Malti hemm liġi li ġiet żviluppata mit-tfal għat-tfal.

Saħqet li din il-ħidma se tkompli għaliex nemmnu li l-ebda tifel jew tifla m’għandu jitħalla jaqa’ lura.

Spjegat li din ir-riċerka li għamlet il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Politika għat-Tfal tikkonferma li s-sistema preżenti tal-ordni tal-ħarsien mhix waħda adatta u għalhekk jeħtieġ li tinbidel.

Il-Ministru Coleiro Preca temmet li anke mill-Presidenza se tibqa’ tagħti vuċi u viżibilità lit-tfal Maltin u Għawdxin bil-għan li s-soċjetà ta’ għada tkun waħda b’saħħitha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow