Left arrow Go Back

TITWETTAQ IL-WEGĦDA ELETTORALI EWLENIJA TA’ ROĦS FIL-KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA GĦALL-FAMILJI

PR140655
Date Icon 30/03/2014

F’konferenza tal-aħbarijiet fiż-Żurrieq, il-Ministru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-ilma Konrad Mizzi ħabbar li minn għada, il-familji se jkunu qed jibbenefikaw minn roħs medju ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija fuq il-kont tad-dawl u roħs ta’ 5% fuq l-ilma kif imwiegħed qabel l-elezzjoni ġenerali.

Qal li din kienet wegħda elettorali ewlenija li dan il-Gvern beda jaħdem mill-ewwel jum sabiex iwettaq.

Dan għaliex il-Gvern kien minn dejjem konxju mill-piżijiet li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu qed ipoġġu fuq il-familji Maltin u Għawdxin u anke fuq l-industrija ta’ pajjiżna.

Qal li kien għalhekk li ħadem biex jassigura li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jkunu soċjalment aktar ġusti filwaqt li l-familji u n-negozji jkollhom tariffi li jkunu jifilħu jħallsu għalihom.

Il-Ministru Mizzi qal li b’dan il-mod qed nassiguraw li l-familji tagħnajkollhom aktar flus fil-but filwaqt li mis-sena d-diehla l-industrija, il-qasam turistiku n-negozji se jinghataw nifs għaliex il-Gvern huwa mpenjat li jwettaq il-wegħda li għamel magħhom ta’ roħs fil-kontijiet tagħhom.

Il-Ministru Mizzi fakkar li waqt li l-familji se jkunu qed jibbenefikaw minn dan ir-roħs, xorta se jibqgħu jibbenefikaw mill-eko riduzzjoni. L-istess japplika għall-dawk intitolati għall-benefiċċju tal-Enerġija.

Qal  b’kollox se nkunu qed nagħtu lura lill-familji madwar 30 miljun ewro f’roħs fl-ilma u fid-dawl.

Saħaq li dan il-Gvern jemmen li dan ir-roħs huwa essenzjali għall-familji Maltin u Għawdxin, biex dawn ikollhom aktar flus fil-but u kwalità ta’  ħajja aħjar.

Temm jgħid li bl-aktar mod ċar, il-Gvern qed iwettaq dak li wiegħed mhux biss għax jemmen li l-familji u n-negozji ħaqqhom livell ta’ ħajja aħjar, imam għaliex b’hekk se jkun ukoll qed jagħti nifs lill-ekonomija ta’ pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow