PRODOTTI INNOVATTIVI GĦAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI TAL-BINI
Flimkien iddiskutew l-Istrateġija Nazzjonali għar-Riċerka u Innovazzjoni, u eżaminaw mezzi kif is-settur privat jista' jikkollabora ma' entitajiet pubbliċi, għat-titjib ta' dan is-settur.
Stefan Buontempo kompla jgħid li meta wieħed jinvesti fir-riċerka f’dan il-qasam, ikun qed jixpruna ħolqien ta’ xogħol hekk imsejjaħ ta’ green jobs. Dawn huma jobs ta’ valur miżjud għoli.
L-industrija tal-kostruzzjoni għandha tingħaqad mal-istituzzjonijiet edukattivi terzjarji, ħalli flimkien jaħdmu sabiex joħorġu b’soluzzjonijiet u prodotti li jtejbu l-preservazzjoni tas-sħana u kesħa fid-djar tagħna, kemm f’dak il-bini modern kif ukoll fid-djar tagħna antiki, saħaq is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo.
Huwa qal li hemm bżonn li ssir riċerka ta’ kif wieħed jista’ jerġa’ juża u jirriċikla l-iskart tal-kostruzzjoni, billi ikollna ġebla riċiklata. B’dan il-mod inkunu qed innaqsu drastikatament il-volum ta’ skart tal-kostruzzjoni, bil-problemi li dan l-iskart iġib miegħu.
Jekk jirnexxielna inkunu innovattivi fil-qasam tal-kostruzzjoni, inkunu qed nindirizzaw ukoll l-obligi internazzjonali tagħna f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ambjent, peress li nkunu qed nagħmlu dan is-settur sostenibbli.
Stefan Buontempo semma li bħala parti mill-istrateġija Nazzjonali għar-riċerka u innovazzjoni, sabiex pajjiżna jkompli jkun kompettitiv u joħloq xogħol ta’ valur miżjud għoli, jeħtieġ iżid l-investiment fuq ir-Riċerka u Innovazzjoni minn 0.84% għal 2% tal-prodott gross domestiku sas-sena 2020.
Propju għalhekk li s-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport qed ikollu sensiela ta’ diskussjonijiet ma' kull settur li jista' jinvesti fir-riċerka u innovazzjoni li jwassal biex il-miri stabbiliti jintlaħqu.
Waħda mill-għanijiet prinċipali tal-Building Industry Consultative Council (BICC) hija li jippromwovu sistemi ta’ bini alternattiv minn kif ilna nużaw minn dejjem, dik ta’ ġebla fuq oħra. L-BICC jesiġi li nibdew nużaw sistemi ġodda u innovattivi sabiex naġġornaw irwieħna maż-żmijiniet tal-llum - bini li jikkonsma inqas enerġija u jħares l-ambjent, qal iċ-Chairperson tal-BICC il-Perit Charles Buhagiar.
Is-Sur Raymond Vassallo, Direttur Maniġerjali tad-ditta JM Vassallo spjega kif il-kumpanija tiegħu introduċiet f’Malta s-sistema ġdida ta’ kostruzzjoni li tipproduċi pannelli load-bearing b’insulation.
Is-sistema ġdida tal-bini tikkonsisti fi tliet tipi ta’ materjal li kollha jinħadmu lokalment. Permezz ta’ investiment li l-kumpanija għamlet, qed jiġu fformati pannelli tal-bini (kemm għall-ħitan u kif ukoll għas-soqfa). Din is-sistema tipprovdi diversi benefiċċji, fosthom impatt inqas fuq l-ambjent naturali tal-pajjiż.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en