Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS U C-CHAIRMAN EZEKUTTIV TAL-LGA JILTAQGĦU MA’ RAPPREZENTANTI TAL-KAMRA TAL-KUMMERĊ MALTIJA GĦAT-TISĦIĦ TA’ KOOPERAZZJONI FL-INDUSTRIJA TAR-REMOTE GAMING

pr140632
Date Icon 28/03/2014

Waqt laqgħa ma’ rappreżentanti mill-Kamra tal-Kummerċ Maltija mis-sezzjoni tal-kumitat eżekuttiv tar-remote gaming, s-Segretarju Parlamentari Dr. Edward Zammit Lewis qal li fl-industija tar-remote gaming Malta trid tkompli tibni fuq ir-reputazzjoni tagħha li pajjiżna diġa kiseb fuq il-mappa tad-dinja.

Rappreżentanti mill-Kamra tal-Kummerċ Maltija lesti li jikkoperaw mal-Gvern u l-LGA biex ikomplu  joħolqu u jsaħħu strutturi li jipproteġu d-drittijiet u l-kompetittività ta’ kumpaniji liċenzjati f’Malta b’mod partikolari bl-introduzzjoni ta’ liġijiet ġodda.

Għaldaqstant, il-Kamra tal-Kummerċ Maltija se tkun qed taħdem mill-qrib mal-Awtorità tal-Logħob u Lotteriji tal-industrija tal-gaming biex ikompli jippromwovu aktar investiment f’dan is-settur u tressaq aktar kumpaniji lejn pajjiżna.

‘Kif nafu l-industrija tal-logħob fl-Unjoni Ewropeja qiegħda dejjem tevolvi’, spjega Dr. Edward Zammit Lewis u għal dan il-għan li Malta trid tiddentika ġurisdizzjoni attraenti biex tikseb l’ opportunitajiet u niċċeċ ġodda.

‘Għaldaqstant se noħolqu servizzi u inċentivi ġodda li permezz tagħhom nistgħu nattiraw kumpaniji involuti f’dan il-qasam’, żied Dr. Edward Zammit Lewis.  Il-ħidma tal-Gvern biex is-settur tal-gaming jevolvi b’mod b’saħħtu se jkun kumplimentat b’regoli ġodda li diġa’ daħħalna u ser inkomplu ndaħħlu fix-xhur li ġejjin u huwa proprju f’dan il-qasam li l-Kamra tal-Kummerċ Maltija se tkun qiegħda tagħti l-kontribut tagħha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow