Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA

pr140628
Date Icon 27/03/2014

Sas-sena d-dieħla, l-użu tal-Heavy Fuel Oil se jkun eliminat darba għal dejjem minn pajjiżna

Hija ipokrezija minn naħa tal-Oppożizzjoni li tikkritika lil dan il-Gvern dwar l-użu tal-Heavy fuel Oil. Dan il-gvern huwa kontra l-użu tal-heavy fuel oil. Kien għalhekk li beda jaħdem sa mill-ewwel ġurnata biex il-qalba mill-heavy fuel oil għall-gass tkun tista ssir.  Permezz tal-ħidma ta’ dan il-Gvern, fl-2015 jispiċċa għal kollox l-użu tal-Heavy Fuel Oil minn pajjiżna.

Id-deċiżjoni tal-board tal-MEPA li jestendi l-użu tal-heavy fuel oil kellha tittieħed bilfors biex pajjiżna jibqa’ jkollu d-dawl. Din l-estensjoni kellha terġa ssir għaliex fi żmien il-gvern preċedenti kien inħareġ permess temporanju biex titħaddem il-power station bil-heavy fuel oil sakemm isiru l-istudji kollha meħtieġa u kif suppost.

Permezz tal-proġett tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bil-gass, se jkunu qed jonqsu bi kbir l-emissjonijiet kif ukoll it-trab fl-ajra.

Il-bidla għall-gass mhux se tkun qed tfisser biss kwalita’ ta’ arja ferm aħjar iżda wkoll kontijiet orħos għall-familji Maltin u Għawdxin u aktar tard għan-negozji.

Il-bidla għall-gass se tkun qed issir fi tranzizzjoni waħda hekk kif bidla temporanja għal gas oil ma ma tippermettix li jkollna s-sigurta’ tal-provista meħtieġa minħabba l-limitazzjonijiet ta’ħażna.

Li kieku dan il-Gvern ma wettaqx din il- ħidma, il-familji f’pajjiżna kienu jibqgħu mwikkijin bil-Heavy Fuel Oil għall-20 sena li ġejjin.

Ta’ min ifakkar li l-Gvern preċedenti saħansitra biddel il-liġi ambjentali u wessa l-limiti permessibbli sabiex ikun possibbli li jkollna power station li taħdem bil-heavy fuel oil.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow