STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI
Tnedija ta’ servizz ta’ customer care tas-sigurtà soċjali fil-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Kirkop u Swieqi
Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca nediet servizz tas-sigurtà soċjali ta’ customer care mill-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Kirkop u s-Swieqi.
Coleiro Preca qalet li l-ftuħ ta’ servizz ta’ customer care b’rabta mas-sigurtà soċjali fiż-żewġ lokalitajiet isegwi t-tnedija ta’ ħames servizzi ta’ dan it-tip li infetħu f’lokalitajiet oħra madwar Malta u Għawdex.
Is-servizz ikopri kwalunkwe benefiċċju tas-sigurtà soċjali, applikazzjoni jew tiġdid tal-karta r-roża, sottomissjoni ta’ ċertifikati tal-mard, rapport ta’ tibdil ta’ ċirkostanzi u jistgħu jsiru talbiet għall-informazzjoni dwar sigurtà soċjali.
Is-servizz f’Ħal Kirkop se jingħata kull nhar ta’ Erbgħa bejn it-tmienja ta’ filgħodu u nofsinhar filwaqt li dak tas-Swieqi se jingħata kull nhar ta’ Ħamis bejn it-tmienja ta’ filgħodu u nofsinhar.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en